Il-Partit Nazzjonalista jsellem il-memorja ta’ David Sassoli, president tal-Parlament Ewropew li miet matul il-lejl li għadda.
Sassoli jibqa’ imfakkar bħala bniedem ta’ eżempju li żamm fuq quddiem l-interessi tal-poplu Ewropew. Huwa kien ukoll bniedem li għaraf iħaddem bl-aħjar mod il-presidenza fdata lilu.
Il-Partit Nazzjonalista jingħaqad mal-kumplament tal-Unjoni Ewropea f’dan il-mument ta’ niket.
11.01.2022
Do you like this page?