Aktar ma jiġu żvelati dettalji dwar id-deal korrott tal-isptarijiet aktar qed ikun konfermat li l-kuntratt mal-Vitals hu kuntratt mnawwar minn kullimkien.

Il-piki bejn il-kuntratturi involuti f’dan id-deal qed iwasslu biex ikompli jinkixef aktar ħmieġ u taħwid. Serq mingħand il-poplu Malti u Għawdxi.

Fl-aħħar minn sensiela, illum sirna nafu li dokumenti importanti mhux se jkunu esebiti fil-qorti sabiex ma tinħoloqx kontroversja politika.

Robert Abela u l-gvern Laburista qed jibqa’ għaddej u jinjora l-fatti. Jgħaddi l-flus lil deal korrott u mhux tenibbli biex b’din l-attitudni jkomplu jkunu kompliċi għas-serq ta’ miljuni minn ħalq il-poplu Malti u Għawdxi.

Partit Nazzjonalista fil-Gvern iwiegħed li jerġa’ jagħti lura l-isptarijiet lill-poplu Malti u Għawdxi.

Partit Nazzjonalista

About

Aħna lesti biex inkunu MIEGĦEK 💪 Miegħek. Għal Malta 🇲🇹 pn.org.mt