ŻOMM AĠĠORNAT:
Desiree Vella Brincat co-opted fil-Kunsill Lokali ta’ Pembroke
Il-Partit Nazzjonalista jifraħ lil Desiree Vella Brincat li ġiet co-opted bħala Kunsilliera f’isem il-Partit Nazzjonalista f’Pembroke. Dan il-post ġiet vakanti wara l-mewt ta’ Evelyn Vella Brincat, li tiġi omm Desiree.
Il-Partit Nazzjonalista jinsab ċert li Desiree Vella Brincat se tiddedika ħafna enerġija għall- ħidma favur il-lokalità ta’ Pembroke u r-residenti tal-istess lokalità. Fl-istess ħin, il-Kunsillier Charles Cesare fl-istess lokalità ġie maħtur bħala Minority Leader ġdid tal-grupp tal- Kunsillieri tal-partit.
Il-Partit Nazzjonalista jibqa’ impenjat sabiex jara li l-Kunsillieri Lokali kollha tiegħu jagħtu l- aħjar ħidma possibbli għal-lokalità fejn huma eletti, u dan dejjem aqwa f’interess tar- residenti.
Clyde Puli
Segretarju Ġenerali
27.09.2018