Il-Gvern għandu jressaq fil-Parlament dawk l-emendi meħtieġa biex persuni li jkunu jinsabu fi kwarantina jkunu jistgħu jeżerċitaw id-dritt fundamentali tagħhom li jivvotaw.

Il-Partit Nazzjonalista ilu xhur jiddiskuti għal azzjoni mill-Kummissjoni Elettorali f’dan ir-rigward. Ir-realtá hi li n-numru dejjem jikber ta’ persuni li jinstabu pożittivi għall-Covid-19 u dawk li jkunu ordnati joqogħdu fi kwarantina qed jiżdied. Hu fatt ukoll li fi ftit ġimgħat oħra l-poplu Malti se jkun imsejjaħ sabiex jivvota f’elezzjoni ġenerali, l-Partit Nazzjonalista jħeġġeġ lill-Gvern sabiex mill-aktar fis ma jkomplix ikaxkar saqajh u jsib soluzzjoni.

Hu għalhekk importanti li l-Gvern filwaqt li jissalvagwardja t-trasparenza fil-proċess elettorali u jkun evitat il-possibilitá ta’ abbuż, jagħmilha faċli biex kulħadd ikun jista’ jaqdi dmiru u jivvota.

Partit Nazzjonalista

About

Aħna lesti biex inkunu MIEGĦEK 💪 Miegħek. Għal Malta 🇲🇹 pn.org.mt