Il-Kummissjoni Elettorali qegħda tniedi programm ta’ taħriġ għall-istaff li jaħdem waqt l-elezzjonijiet sabiex dawn ikunu mħarrġa bl-aħjar mod possibbli u s-servizz mgħoti minnhom ikun ta’ livell għoli.
It-taħriġ se jingħata lil dawk li diġà jaħdmu jew bi ħsiebhom jibdew jaħdmu f’xi waħda minn dawn il-karigi:
Waqt il-votazzjoni:
1. Polling Place Officer,
2. Chairperson u
3. Assistant Electoral Commissioner (AEC)
Waqt l-għadd tal-voti:
4. Calculator,
5. Senior Supervisor,
6. Supervisor u
7. Counting Assistant
Dan it-taħriġ huwa kollu bla ħlas u għandhom japplikaw u jattendu għalih kemm dawk li diġà għandhom esperjenza f’dan ix-xogħol u anke dawk li jixtiequ jagħmlu dan ix-xogħol għall-ewwel darba.
Importanti li dawk kollha li jservu f’isem il-Partit Nazzjonalista bħala AEC’s jew Counting Staff fl-elezzjonijiet jattendu għal dan it-taħriġ.
L-applikazzjonijiet għal dan it-taħriġ jintlaqgħu onlajn sal-31 ta’ Ottubru, 2016 fuq is-sit elettroniku tal-Kummissjoni Elettorali: www.electoral.gov.mt
Għal raġunijiet ta’ awtentikazzjoni l-applikanti jeħtieġu li jkunu fil-pussess tal-Karta tal-Identità u indirizz elettroniku (e-mail) validu waqt il-proċess tal-applikazzjoni onlajn. Dawk li jtemmu l-kors b’suċċess jingħataw preferenza fl-għażla fuq applikanti oħrajn.
Ikklikja hawn biex tapplika
Grazzi,
Matthew Mangion
Direttur ELCOM