Dawn huma l-għaxar setturi ekonomiċi ġodda li Gvern ġdid Nazzjonalista se jagħtihom prijorità:
👾 Investimenti bbażati fuq Metaverse
🔒 Servizzi ta’ compliance u due diligence
🏭 Manifattura avvanzata u speċjalizzata
🖨️ Ipprintjar 3D
🤖 Applikazzjonijiet tal-intelliġenza artifiċjali
🎮 e-Sports
👨🏻💻 Produzzjoni ta’ video games
🏃🏻♀️ Industrija tal-isports
🔋 Tisħiħ tas-settur tal-enerġija
👥 Intrapriżi soċjali.
F’kull wieħed minn dawn is-setturi Gvern ġdid Nazzjonalista jara li jkun hemm l-inċentivar tas-settur tal-ospitalita’ biex jiżdied il-valur miżjud ta’ kull settur.
Il-fond ta’ biljun ewro huwa maħsub li jixpruna t-twaqqif ta’ dawn is-setturi ġodda filwaqt li jgħin fit-tisħiħ tas-setturi eżistenti b’enfasi speċjali fuq l-avjazzjoni, manifattura lussuża, gaming, servizzi finanzjarji, life sciences u teknoloġija. Il-fond ser ikun nofsu mħallas minn fondi pubbliċi, anke permezz ta’ depożiti rieqdin f’istituzzjonijiet finanzjarji, u nofsu permezz ta’ self għal żvilupp ekonomiku minn istituzzjonijiet lokali u barranin.
L-ebda taxxa tal-capital gains mhu se titħallas fuq il-profit iġġenerat mill-investiment, filwaqt li l-Gvern se jinċentiva lill-investituri billi jħallas l-imgħax fuq is-self.
Do you like this page?