Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech waqt il-programm Qalb il-Familja

Biex nappoġġjaw lill-familji fil-formazzjoni tat-tfal, ser indaħħlu skemi biex ġenituri jkunu jistgħu jnaqqsu mid-dħul taxxabbli, kull miżata tal-iskola, ħlasijiet għall-attivitajiet extrakurrikulari kif ukoll dawk marbutin mal-isport.

Se nipprovdu wkoll għotja annwali ta’ €300 lill-ġenituri tal-istudenti iżgħar minn 18-il sena li jieħdu sehem f’xi programm estrakurrikulari strutturat u rreġistrat ma’ assoċjazzjoni konformi mal-ESG tal-għażla tagħhom: Fl-isport, fil-performing arts u Fil-kultura u l-arti.

Ħabbar dan il-Kap tal-Partit Nazzjonalista waqt li ħa sehem fil-programm Qalb il-Familja mxandar fuq NET Television.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista qal li b’dawn il-miżuri rridu ngħinu lil kulħadd jirnexxi u jilħaq il-potenzjal tiegħu: mill-aktar ambizzjużi sal-aktar vulnerabbli.

Fakkar ukoll li kif ħabbar aktar kmieni din il-ġimgħa se nkunu Gvern Nazzjonalista se jkun qed inaqqas ukoll it-taxxa għall-kowċis u l-artisti kollha, u ngħinu lin-nurseries jinvestu fl-istaff u l-bini tagħhom. Dan sabiex inħeġġu lit-tfal biex jirnexxu fl-ambizzjonijiet tagħhom.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista semma wkoll il-fond ta’ biljun ewro li huwa maħsub li jixpruna t-twaqqif ta’ għaxar setturi ġodda filwaqt li jgħin fit-tisħiħ tas-setturi eżistenti b’enfasi speċjali fuq l-avjazzjoni, manifattura lussuża, gaming, servizzi finanzjarji, life sciences u teknoloġija.

L-iskop tal-Partit Nazzjonalista hu dak li jerġa’ jkun hu li jerġa’ jagħti viżjoni lill-pajjiżna filwaqt li jerġa’ jpoġġi isem pajjiżna f’post ta’ eċċellenza kif dejjem kien fis-snin qabel Gvern Laburista.

Hu għalhekk li Gvern Nazzjonalista se jkun miegħek għal ħajja aħjar.

Partit Nazzjonalista

About

Aħna lesti biex inkunu MIEGĦEK 💪 Miegħek. Għal Malta 🇲🇹 pn.org.mt