Il-Partit Nazzjonalista dejjem appoġġa l-kunċett ta’ pipeline tal-gass għall-idroġenu li jgħin lil Malta tiddiversifika l-provvista tal-enerġija tagħha – proċess li beda bl-interconnector li tnieda minn gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista.
Il-Partit Nazzjonalista kkritika bil-qawwa lill-gvern Laburista meta pperikola l-fondi tal-UE għall-proġett tal-pipeline tal-gass. Huwa pożittiv għalhekk li dawn il-fondi tal-Unjoni Ewropea issa reġgħu disponibbli wara pressjoni mill-Partit Nazzjonalista.
Huwa inaċċettabbli, iżda, li l-fondi jmorru għal kumpens lejn l-azzjonisti tal-Electrogas fuq kuntratt li kellu jiġi mwarrab għax hu mċappas bil-korruzzjoni u d-demm.
Il-gvern Laburista m’għandux jistenna li l-Unjoni Ewropea tiffinanzja bniedem akkużat li qatel ġurnalista li kixfet korruzzjoni relatata ma’ dan il-ftehim stess.
Għalhekk, il-gvern għandu jħassar il-kuntratt u jiżgura li ma jerġax jipperikola l-fondi tal-Unjoni Ewropea.
Robert Abela irid jibda jagħżel l-interessi ta’ Malta fuq Yorgen Fenech u sħabu.
Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista se jagħmel dak kollu li jista’ biex inaddaf l-enerġoja ta’ Malta, mhux biss billi jiżdied l-użu tal-enerġija rinnovabbli, iżda billi jaqta’ r-rabtiet mal-ftehim korrott tal-Electrogas.
Niżguraw li kull ċenteżmu investit fis-settur tal-enerġija f’Malta jmur biex jipprovdi enerġija aktar nadifa u orħos lill-familji, mhux biex nippremjaw lill-azzjonisti ta’ dealskorrotti.
Inġeddu wkoll l-impenn tagħna li nħallsu lura lill-konsumaturi kollha li qed ikomplu jiġu misruqin fil-kontijiet tad-dawl bil-prattika introdotta minn dan il-gvern.
Gvern Nazzjonalista immexxi minn Bernard Grech se jagħti lil Malta enerġija nadifa li mhix imċappsa bit-tniġġis, korruzzjoni jew serq.
Do you like this page?