Is-soċjeta' Edukattiva Maltija m'hija xejn jekk ma nagħtux valur lil istudent. Jien qed nipropona ħajja ideali u aktar komda għall-istudent fosthom: - Żieda fl-istipendju - Airconditions f'kull skola/Kulleġġ/universita ta' Malta - Aktar tagħlim fuq l-għarfien tal-ħajja sesswali - Iffokar biex innaqsu it-toqol tal-basket tal-istudent billi ninkludu il-kotba fuq oġġetti elettroniċi - Għażliet għal suġġetti edukattivi fejn jidħlu snajja f'kull skola - Għażla għal għajnuna psikoloġika b'xejn għal studenti li jkollhom problemi psikoloġiċi speċjalment lil studenti li jkollhom il-ġenituri separati/divorzjati. Dawn huma suġġerimenti li jistaw itejbu il-kwalita' ta' ħajja tal-istudent. Li l-istudent ikollu għażla varja fejn jidħlu suġġetti akkademiċi hija ta' benefiċju kbir lejn in-naħa tal-istudent. Inżommu f'moħħna li jekk student ma jkollux għażla varja fit-tielet sena sekondarja u ma jolqtu l-ebda suġġett għaliex ikun miġbud lejn is-snajja, ma jkollu l-ebda għażla ħlief li jistudja suġġetti kontra qalbu.