Il-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne irid jifhem li l-logħba biex joqgħod jinħeba u jitfa’ t-tort fuq ħaddieħor spiċċat. Kien hu stess li aktar kmieni din il-ġimgħa vvota favur li Steward jingħataw aktar flus.

Wara l-ammissjonijiet mill-qorti tal-istess Steward healthcare u l-konklużjonijiet tal-awditur ġenerali li ddikjara li l-kuntratt sar bi ksur tar-regoli u mingħajr ma jassigura valur għall-flus taċ-ċittadin – il-gvern ma jistax jibqa’ għaddej qisu xejn mhu xejn. Wara li ħareġ biċ-ċar fir-rapport tal-awditur ġenerali li l-kuntratt tal-vitals ma jagħtix valur ghall-flus – f’dan il-baġit – il-gvern għażel li jħallas deal korrott flok jinvesti fil-poplu Malti 69 miljun ewro fis-sena fuq kuntratt li l-awditur ġenerali stess qed jghidilna li sar bi ksur tal-liġi.

Chris Fearne flimkien ma sħabu fil-grupp Parlamentari Laburista kellhom kull opportunitá jivvotaw biex dawn il-flus ma jingħaddewx għal dan id-deal li falla madankollu naqsu milli jagħmlu dan. 

Chris Fearne u sħabu għażlu li jkomplu jitfgħu l-flus fuq kuntratt illegali mela l-membri kollha tal-gvern qed jirrendu ruħhom kompliċi fis-serq u l-illegalità a spejjeż tal-poplu Malti.

 

Adrian Delia

Membru Parlamentari

Partit Nazzjonalista

Partit Nazzjonalista

About

Jekk se tagħmilha fuq qalbek, tagħmilhiex. Imma jekk se tagħmilha ghax tħobb... Kun il-Bidla