DINJITÀ TA’ REĠJUN
Għawdex dejjem speċjali. Għalkemm Malta u Għawdex huma pajjiż wieħed, ilkoll nafu li l-ħtiġijiet ta’ Għawdex jeħtiġilhom attenzjoni partikolari. Għawdex għandu bżonn vuċi iżjed b’saħħitha. U fuq kollox, dak li hu tagħkom l-Għawdxin, irridu nafuhulkom. Għawdex jitħoqqlu ekonomija mibnija fuq tkabbir, ideat friski u popolazzjoni b’enerġija żagħżugħa.