Nemmen li bhala Ghawdxin ghandna nikkunsidraw diversi fatturi li jharsu l-izvilupp ta din il-gzira: 1. L-Identita. Fejn qieghdin naraw il-Gzira mil-llum sa 20 sena ohra? Nistghu inharsu lejn gzira ekologika b’innovazzjoni? Nistghu nimplimentaw element digitali? 2. Xoghol. Il-marda tal-klientelismu huwa biss frott ta nuqqas ta opportunitajiet sostenibbli gewwa Ghawdex. Nistghu qatt nibdew noholmu li nikkrejaw xogholijiet ta valur ghalina u ghall-uliedna? 3. Governanza. Ejjew ma nghaddux biz-zmien lil hadd u ma nahsbux li billi nimplimentaw struttura fuq struttura ser neliminaw il-problemi esistenti politici gewwa Ghawdex. Fl-ahhar mill-ahhar Ghawdex taghmel parti minn Malta u jekk ma jsirux numru ta prioritajiet specifikament ghall-gzira, ser nibqghu l-istess, jekk mhux ghall-ghar. 4. Zghazagh. Naqblu li z-zghazagh u l-familji z-zghar huma n-nukleu li zzoom il-Gzira hajja pero nafu ukoll li c-cifri mhux qieghdin jirriflettu dan u l-koppji qieghdin imorru jghixu Malta, fejn hemm l-opportunitajiet, fejn hemm x-xoghol. Din hija sitwazzjoni li mhijiex ser tissolva bi proposta wahda imma b’numru ta prijoritajiet.
Ghawdex fuq 4 u possibli iktar ...
Jgħogbok dan is-suggeriment?
Kun l-ewwel li tikkumenta
Sign in with