L-istorja vvintata tal-Labour dwar Joe Ellis huwa każ tipiku ta’ dak li jagħmel il-Labour f’paniku: joħloq gidba dwar xi ħaddieħor biex jiddevja l-attenzjoni.

Il-verità hi li l-kumpanija li fiha Joe Ellis huwa azzjonist qatt ma kienet f’kuntratt mal-gvern dwar it-triq in kwistjoni iżda kienet sempliċiment fornitur tal-bricks lil wieħed mill-kuntratturi ewlenin f'Għawdex li setgħa juża l-bricks li jixtri fejn irid.  B’hekk, m’hemm l-ebda ksur tal-Kostituzzjoni kif allega l-Ministru Clint Camilleri.

L-akkuża ta’ kunflitt ta’ interess ma treġix għax meta Ellis tkellem fil-Parlament fil-fatt ikkritika t-tul li kien qed jieħu biex jitlesta l-proġett. Fil-fatt, Ellis ilmenta li t-triq kienet diġà ilha sentejn u nofs magħluqa u kienet 'il bogħod milli titlesta. Il-Ministru responsabbli wiegħed li se tkun lesta eżatt wara s-sajf iżda għadha ma tlestietx.

Minflok jakkuża lil Ellis li kiser il-Kostituzzjoni, Robert Abela għandu jwieġeb mistoqsijiet dwar in-negozju tiegħu ma’ gang kriminali u jkun ċar dwar jekk kiserx il-Kostituzzjoni huwa stess waqt li liebes tant kpiepel konfliġġenti filwaqt li fl-istess ħin kien membru parlamentari.

 

16.02.2022

Partit Nazzjonalista

About

Aħna lesti biex inkunu MIEGĦEK 💪 Miegħek. Għal Malta 🇲🇹 pn.org.mt