Il-Kumitat Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista waqt laqgħa li saret l-Erbgħa filgħaxija b’vot sigriet approva unanimament lill-Perit Graziella Galea biex b’co-option tieħu post David Thake bħala Membru Parlamentari fuq it-12-il distrett.

Fl-istess seduta wkoll il-Kumitat Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista ħatar lil Veronica Perici Calascione bħala Segretarju Internazzjonali wara elezzjoni, bil-kandidat l-ieħor ikun Liam Sciberras.

Fl-elezzjoni Veronica Perici Calascione kisbet total ta’ 59 vot mit-total ta’ 89 voti mitfugħa, Liam Sciberras kiseb 29 vot, filwaqt li kien hemm vot invalidu.

Il-Partit Nazzjonalista jixtieq jerġa’ jirringrazzja lil David Thake u Roselyn Borg Knight għax-xogħol tagħhom, u jawgura lil Graziella Galea u Veronica Perici Calascione għall-ħidma tagħhom rispettivament.

 

19.01.2021

Partit Nazzjonalista

About

Aħna lesti biex inkunu MIEGĦEK 💪 Miegħek. Għal Malta 🇲🇹 pn.org.mt