Il-Gvern ta Robert Abela f’kollass totali.
Xibka ta’ kriminalità li qed tikkrolla biċċa biċċa u m’għadhiex tenibbli.
Illum biss: Riżenja ta’ Membru Parlamentari għax investigat mill-Pulizija, ieħor ma jistax jikkontesta għax investigat fuq evażjoni ta’ taxxa u nkixef mill-ġurnalisti, u Ministru tal-Edukazzjoni għadha hemm għax il-Prim Ministru jibża' jkeċċiha.
Gvern li qed iwassal għal ħsara irreparabbli għal isem pajjiżna waqt li suppost niġġieldu pandemija u ffukati biex noħolqu l-ġid.
Il-ħaddiem Malti, iż-żgħażagħ u l-Maltin kollha għandhom dritt għal gvern li jmexxi b’serjetà u għaqal.
Il-Partit Nazzjonalista jrid ikun dak il-Gvern li ħaqqhom il-Maltin beżlin u ħawtiela.
Il-Maltin ħaqqhom aħjar. Aħna ser inkunu aħjar.
Ingħaqdu magħna llum biex inneħħu dan il-Gvern li mhuwiex tenibbli u nagħtu gieħ lil Malta bi gvern ġdid nadif, onest, u lest biex jaħdem għalik.
B’hekk nibdew intejbu r-reputazzjoni ta' pajjiżna.
Do you like this page?