Il-Gvern għal darb’oħra wera li ma jridx jiddiskuti u jibqa’ għaddej u jinjora l-karba ta’ 53 organizazzjoni u individwu biex jiddiskuti l-petizzjoni dwar il-liġi tal-Kannabis. Dan hekk kif iċ-Chairman tal-Kumitat Permanenti dwar il-petizzjonijiet, id-deputat Laburista Joe Mizzi, ċaħad din it-talba.
Aktar kmieni l-Oppożizzjoni anke fl-interess tal-għaqdiet u akkademiċi li ffirmaw il-petizzjoni formalment kitbet liċ-Chairman sabiex b’mod urġenti, u qabel jittieħed il-vot dwar il-liġi tal-kannabis nhar it-Tlieta 14 ta’ Diċembru, jitlaqqa’ dan il-kumitat bie.
Fl-ittra tagħha, l-Oppożizzjoni fakkret li kull proċedura li teżisti fil-ħidma Parlamentari tista’ tinbidel jew tiġi modifikata bi qbil bejn iż-żewġ naħat tal-Kamra. Dan juri l-għaġla tal-gvern biex jgħaddi din il-liġi mingħajr ma jieħu konsiderazzjoni ta’ dak li għandhom xi jgħidu dawn l-għaqdiet u individwi. B’kollox sa issa din il-petizzjoni ġabret aktar minn 6,000 firma.
Din l-attitudni tkompli titfa’ aktar responsabbiltá fuq il-membri tal-Grupp Parlamentari tal-Gvern li jaraw x’jaqbel l-iktar għal futur ta’ pajjiżna u uliedna.
Robert Cutajar
Whip tal-Grupp Parlamentari
Tal-Partit Nazzjonalista
Do you like this page?