Gvern Nazzjonalista ġdid b’ruħ soċjali u b’qalb ambjentali li jgħinek b’mod konkret
Bernard Grech jispjega f’dettall il-proposti ta’ Gvern ġdid Nazzjonalista.
Ġejjin sfidi kbar u l-Maltin jeħtieġu tmexxija soda li timbotta ta’ kuljum l-interessi tagħhom u mhux tal-politikanti fil-poter. Għoli tal-ħajja, kunflitt fl-Ukrajna li jista’ jaffetwa prezzijiet tal-enerġija u l-ikel, piżijiet tal-lista l-griża: dawn kollha jeħtieġu tmexxija serja bla rabta ma’ kriminali.
Dan qalu Bernard Grech fejn spjega f’dettall uħud mill-proposti fil-viżjoni tal-PN ‘Miegħek għal Malta’.
Grech spjega kif f’kuntest ta’ rkupru ekonomiku u fl-isfond ta’ sfidi globali għandna bżonn fuq kollox ta’ Gvern b’ruħ soċjali li jmexxi b’determinazzjoni, mingħajr ma nħallu lil ħadd jaqa’ lura.
Il-PN qed jippreżenta politika konkreta li tindirizza l-faqar minn għeruqu, u li tara li jonqos drastikament in-numru ta’ persuni fir-riskju tal-faqar u l-esklużjoni soċjali.
Fl-ewwel lok m’aħniex ser inħallu l-għoli tal-ħajja jkompli jħalli l-impatt devastanti li qed ikollu fuq l-aktar persuni vulnerabbli fis-soċjeta’ tagħna. Mhux ser nibqgħu ċassi quddiem din il-pjaga li qed tifni tant familji u pensjonanti.
Irridu wkoll nibnu sistema ta’ tassazzjoni li tkun ġusta u ma’ tiddiskriminax kontra negozji Maltin, filwaqt li tkun mibnija fuq prinċipji li jinċentivaw lill-intrapriżi jinvestu dejjem aktar fil-ħaddiema u l-operat tagħhom.
Il-mudell ta’ tassazzjoni ta’ pajjiżna jrid ikompli jiġi modernizzat sabiex il-Gvern ikun jista’ jiġġenera aktar dħul filwaqt li jżomm il-piż tat-taxxi fuq il-familji Maltin u Għawdxin baxx kemm jista’ jkun. Dan ukoll billi niffukaw aktar fuq investiment kapitali u nnaqqsu l-infiq diskrezzjonarju ta’ spejjeż li jistgħu jiġu evitati.
Pajjiżna jrid jinvesti ħafna u ħafna aktar fil-mobbiltà soċjali sabiex nibdew mexjin it-triq li permezz tagħha neliminaw il-faqar f’pajjiżna.
Immorru lil hinn mill-benefiċċji soċjali u nibdew inħarsu lejn il-persuna mill-aspetti kollha tagħha sabiex verament insaħħu l-benesseri soċjali li jgħin lil kulħadd jgħix b’dinjità u bi dħul adekwat.
Għalhekk Gvern Nazzjonalista:
-
Idaħħal mekkaniżmu ġdid ta' kif jitkejjel il-ġid f’pajjiżna li ma’ jkunx biss iddeterminat mill-indikaturi ekonomiċi bħal Prodott Gross Domestiku (GDP) iżda jkun kompost minn firxa ta’ indikaturi li jkejjlu l-benesseri tas-soċjeta u tal-komunitajiet tagħna.
- Inaqqas ir-rata tat-taxxa fuq il-qligħ tan-negozji, konformi mal-ESG*, għal 15% fuq l-ewwel €500,000 profitt li jinżammu fin-negozju. Dan biex jinċentiva aktar investiment fl-intrapriżi tagħ
- Biex ngħinu lil min jispiċċa bla xogħol, l-ewwel tnax-il xahar ta’ wara li l-persuna tiġi qiegħda ser tirċievi benefiċċju ekwivalenti għall-paga minima biex ngħinuhom jitħarrġu u jsibu impjieg li jrendi. Hekk nerġgħu nagħtu lura d-dinjità, ma’ nħallux kultura ta’ qagħad tiżviluppa, filwaqt li ninċentivaw aktar taħriġ u speċjalizzazzjoni.
- Inniedu wkoll skema ta’ appoġġ għall-ħaddiema u s-self-employed li jkollhom jieqfu mix-xogħol għal perjodu relattivament twil minħabba mard serju. Dan il-programm ikun jinkludi benefiċċju finanzjarju, kreditu tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali lill-ħaddiema u lil min iħaddem, u appoġġ personalizzat ta’
*X’inhi ESG?
- Sistema fejn kulħadd jaqbillu jekk ikun aktar sostenibbli u aktar responsabbli fuq l-ambjent, fuq it-tmexxija tajba u fuq il-qalb soċjali.
Minbarra l-aspetti soċjali u tas-suq tax-xogħol, Gvern ġdid Nazzjonalista ifisser bidla għall-aħjar favur il-konservazzjoni u l-iżvilupp sostenibbli ta’ pajjiżna. Qabel xejn ser nagħrfu l-ħtieġa li nipproteġu l-ispazji miftuħa u l-ambjent rurali tagħna, bħala l-pulmun tal-pajjiż.
Ser tiġi xprunata bidla radikali fil-politika ambjentali ta’ pajjiżna billi niffurmaw alleanza b’saħħitha ta’ dawk kollha li verament għandhom għal qalbhom l-ambjent ta’ pajjiżna, il-konservazzjoni tiegħu u dak kollu li jagħmilna pajjiż sostenibbli.
Ma nibqgħux inħarsu lejn l-ambjent bħala suġġett iżolat iżda nibnu qafas fejn il-priorità tal-protezzjoni tal-ambjent tkun parti integrali ta’ kwalunkwe settur tal-politika tagħna biex pajjiżna ma jerġa’ qatt jirrepeti l-iżbalji tal-passat.
- Ser nagħmlu eżerċizzju li kull sena l-gvern iżid 50,000 metru kwardu ta’ art pubblika maz-zoni meqjusin barra miz-zona ta’ żvilupp.
- Sabiex art li hija barra miz-zona ta’ żvilupp tiddaħħal fiż-żoni tal-iżvilupp ikun jinħtieġ il-vot ta’ żewġ terżi tal-Parlament.
Il-Partit Nazzjonalista kommess li jpoġġi lill-bniedem fiċ-ċentru tal-politika tiegħu anki fejn jidħol l-investiment fl-infrastruttura ta’ pajjiżna, u impenjati bis-sħiħ li nwettqu fil-prattika l-idea li nħallu warajna Malta ferm aħjar milli sibnieha.
Hu għalhekk, nibdew nindirizzaw il-konġestjoni u nnaqqsu l-vetturi li jaħdmu bil-fjuwil mit-toroq u nappoġġaw il-mobbiltà moderna u nadifa billi: Nagħtu għotja ta’ €10,000 mifruxa fuq 5 snin biex inħajru aktar familji jeħilsu mill-vettura qadima tagħhom, bil-kundizzjoni li ma jerġgħux jiksbu vettura oħra tul il-perjodu.
Irridu npoġġu l-kwalità tal-ħajja u l-mod ta’ kif ngħixuha fiċ-ċentru tal-politika tagħna.
Mill-ispazji pubbliċi għall-mod kif nibbilanċjaw ix-xogħol, il-familja u l-attivitajiet li jżommuna sani u b’saħħitna.
Kull ċittadin jeħtieġ jagħmel il-parti tiegħu: il-bidla l-kbira tibda bil-bidliet iż-żgħar ta’ kull wieħed u waħda minna.
Iżda mbagħad neħtieġu gvern li jfassal u jwettaq politika li tiżgura li l-bidla li jagħmel kull ċittadin tissarraf f’kisbiet kbar għall-pajjiż kollu.
Għalhekk Gvern Nazzjonalista jagħti rifużjoni tal-VAT sa €3,000 fis-sena lis-sidien tad-djar, għal kull post, fuq ix-xogħlijiet kollha li jindirizzaw materjalment in-newtralità klimatika u jnaqqsu l-konsum tal-enerġija b’mod ippruvat. Il-massimu tar-rifużjoni tiżdied għal €6,000 fil-każ tal-familji li jinkludu pensjonant(a) jew persuna b’diżabbiltà.
Do you like this page?