ideatghalghawdex.jpg


Please check your e-mail for a link to activate your account.

Ghawdex - Gzira b'potenzjal enormi mhux sfruttat

Qabel xejn niehu l-okkazzjoni biex bhala Ghawdxi nirringrazzja ta' din l-inizjattiva. Dawn huma inizjattivi tajbin li jresqu nies li ghandhom lil Ghawdex ghal qalbhom lejn il-partit. Nixtieq naqsam xi ftit mill-ideat li ghandi dwar Ghawdex maghkom. Siccome ilni snin nahdem barra minn Malta, nara differenza kbira li tezisti bejn il-gzira taghna u gzejjer ohrajn bhalna. Qabel xejn inhoss li l-infrastruttura ta' gziritna waqghet lura hafna. Dan sehh minhabba nuqqas ta' investimenti: (1) It-toroq taghna - hafna minnhom, kemm dawk arterjali u anke residenzjali jinsabu fi stat ta' abbandun, (2) Progetti kapitali - Ghawdex qed ihoss il-bzonn ta' progetti kapitali li primarjament isebhu iktar lil-gzira pero li jkunu anke post ta' serhan ghal familji taghna. Barra hekk, progetti mahsuba sew joholqu postijiet ta' xoghol mhux biss matul l-izvilupp imma anke wara li l-progetti jkunu lesti. Ezempji huma pixxina in-door state of the art (din mhux biss tattira tfal, nies ghal kura medika pero jekk tkun riklamata tajjeb tista facilment tattira tims kbar tal-waterpolo ghal pre-season), Breakwater f'Marsalforn flimkin ma re-abilitazzjoni xierqa tal-kosta kollha tal-bajja ta' Marsalforn, fejn titkabbar iktar il-bajja bir-ramel bhal fil-kaz tal-bajja ta' San Gorg. Semmejt zewg ezempji biss pero jezistu hafna u hafna iktar. (3) Postijiet tax-xoghol: Kulhadd jaf li Ghawdex tezisti problema kbira ta' postijiet tax-xoghol. Jekk l-qghad naqas tul dawn l-ahhar snin, dan kien biss possibli peress li hafna nies iddahlu jahdmu bl-iskema. L-employers u l-kuntratturi l-kbar f'pajjizna qed ihossu nuqqas kbir ta' haddiema ghax kulhadd telaqhom biex imorru ghal l-iskema. Ahna go Ghawdex irridu xoghol ta' kwalita u pagi tajba bhal Malta mhux bl-iskemi. Dan jista jsehh biss: (i) jekk titjieb l-accessibilita bejn iz-zewg gzejjer (ix-xewqa tibqa li jsir tunnel), (ii) titjieb fil-komunikazzjoni digitali bejn il-gzejjer (investiment f'cable fibre optic iehor) u (iii) anke billi nofru ncentivi fiskali lil kumpaniji li lesti li jhaddmu certu numru ta' nies mill-gzira. (4) Ghawdex ghandu bzonn ta' postijiet ta' divertiment u postijiet li jattiraw turisti ta' kwalita. Inhoss li Ghawdex qed jinzamm wisq qisu presepju. Hawn hekk irridu noqghodu attenti li jinzamm bilanc bejn l-izvilupp u l-ambjent. Pero nemmen li jezistu hafna affarijiet li jistew isiru biex Ghawdex jerga jattira lejh iz-zghazagh. Ghawdex qed ibati minn 'brain-drain'. Iz-zghazagh Ghawdxin qed jitilqu kollha minn Ghawdex biex ikompli l-istudji taghhom pero meta jlestu, anke jekk ikolhom cans li jahdmu f'Ghawdex, jibqew Malta ghax kollha kelma wahda, "Ghawdex m'hemmx fejn tmur". Jehtieg li din il-problema tigi ndirizzata urgenti ghax fi ftit snin ohra Ghawdex ha tispicca 'a retirement island'. (5) Id-djar Ghawdxin ghandhom ikollhom incentiv ikbar biex jinvestu f'sistemi ta' energija nadifa. Naf li dawn kienu jezistu pero ma kinux bizzejjed. Il-feed-in tariff ghandha terga tizdied ghad-djar Ghawdxin halli nersqu lejn il-mira li Ghawdex ikun kollu jipproduci energija nadifa. (6) Ghawdex ghandu jitqies bhala regjun u jkollu poteri specjali. Din il-haga ilha tissemma hafna pero minkejja kollox qatt ma saret. Ghawdex jekk sfruttat tajjeb jista jkun mutur ekonomiku ferm ikbar minn kif inhu llum il-gurnata. Ghandi hafna iktar ideat li xtaqt inwassal pero inkella ha nispicca nikteb tezi bhal zmien l-universita'. Nheggigkom li tkomplu tisimew lin-nies u verament dak li tweghdu jitwettaq - ghax huwa ferm facli li twieghed imma ferm iktar difficli li twettaq. Tislijiet, Ing.Karl Zammit

Kumment Ixxerja

Populazzjoni hija s-soluzzjoni

Naħseb problema li l-partit nazzjonalista jista' jsolvi għal għawdex, u din ma tiġi ddiskussa imkien, min l-ebda politika, hija l-problema tal-populazzjoni. Il-populazzjoni ta' Malta qeda' tikber b'rittmu mgħaġġel, filwaqt ta' Għawdex qeda' tiżdied b'xi 100 fis-sena.

Hemm bżonn policies sabiex jissalvagwardjaw li l-populazzjoni ta' Għawdex tikber, (qed nesaġera hawn), tikber eżempju b'10,000 persuna, fl-għaxar snin li ġejjin. Immaġina jekk jiġri dan, ara x'suq akbar jkollna, ara kemm jikber kieku il-bejgħ tal-propjeta', in-numru tal-istudenti fl-iskejjel tagħna, eċċetra. Dan kollha joħloq effett multiplikat, fejn bil-populazzjoni tal-Għawdxin stess izzid ix-xogħol għal Għawdxin f' għawdex stess, għax is-suq ikun akbar u jiflaħ aktar.

Hemm bżonn policies li jiġġieldu l-brain drain, hemm bżonn policies li huma indirizzati lejn koppji għawdxin sabiex jattirawhom jibnu l-ewwel dar tagħhom Għawdex u mhux Malta. Ma jfissirx li hija xi ħaġa ħażina għal l-għawdxin li jemmigraw lejn Malta, wara kollox aħna pajjiz wieħed, imma hemm bżonn nagħtu allok, li l-għawdxi jkollhu għażla aktar faċli li jagħżel lil art twelidu.

Nikkonkludi, billi nerġgħa ntenni l-argument tiegħi, jekk il-populazzjoni ta' nies li joqogħdu f'għawdex jiżdied, u jiżdied b'numru radikali, l-effett ser jkun wisq b'vantaġġ għal progress ta' Għawdex. Min jagħmel l-argument li dan ħa jwassal għal ħafna zvilupp zejjed għal għawdex, ma għandux raġun. L-awtoritajiet jridu jkunu attentivi sabiex dak li diġa ġara f' marsalforn u xlendi (overdevelopment), ma jkompliex iseħħ f'zoni oħra. U bħalissa hemm ħafna bini, bili għawdex qed jbati' jkoll mil-fenominu tal-aging population, hemm ħafna bini okkupat min xjuħ, jew huwa vojt u mhux qed jintuża. Jew qiegħed għal bejgħ.

Nittama li din tkun policy tal-partit. Grazzi.

Kumment Ixxerja