Il-Programm Elettorali Viżjoni għal Malta 2030 huwa l-qafas ta' programm ta' ħidma li fuqu Gvern Nazzjonalista ser iġib il-bidla li pajjiżna tant għandu bżonn. Dan il-Pakkett Speċjali ta' Miżuri huwa intiż biex jispjega f'aktar dettall kif gvern immexxi minn Bernard Grech ser iwettaq il-ħidma mwiegħda f'dan il-qasam fil-Programm Elettorali.

Il-Partit Nazzjonalista jemmen li dawn id-drawwiet, delizzji, namriet, ħiliet u l-artiġjanat, huma kollha parti mill-identità tagħna bħala poplu Malti u Għawdxi kif ukoll parti integrali mill-prodott turistiku tagħna.

Biex nagħmlu dan ser inwettqu qafas ta’ miżuri li permezz tagħhom nagħtu spinta qawwija lill-każini tal-banda, dawk involuti fil-festi tagħna, ir-regatta tagħna, u l-artiġjanat li joħloq u jibni dan il-ġmiel ta’ drawwietna.

Dawn il-miżuri huma intiżi biex jgħinu fil-qawmien mill-ġdid ta’ dawn l-organizzazzjonijiet wara l-pandemija tal-Covid-19. 

AQRA f'aktar dettall:

Partit Nazzjonalista

About

Aħna lesti biex inkunu MIEGĦEK 💪 Miegħek. Għal Malta 🇲🇹 pn.org.mt