Il-persuna li konsistentement falliet mit-test tal-interess nazzjonali huwa Robert Abela li żamm diversi kuntratti li jaf li huma korrotti, filwaqt li kompla jipproteġi lil dawk li nnegozjawhom għall-gwadann personali tagħhom, filwaqt li hu stess kien il-konsulent legali tagħhom.

Ir-rekord tal-Partit Nazzjonalista li jattira fondi tal-Unjoni Ewropea u jgħolli r-reputazzjoni ta’ Malta madwar id-dinja jitkellem waħdu. Dan meta mqabbel mal-gvern ta’ Robert Abela li l-unika kisba internazzjonali tiegħu kienet li daħħal lil Malta fil-greylist.

Il-Partit Nazzjonalista fil-gvern mhux biss jassigura l-fondi meħtieġa tal-pipelines tal-gass iżda se jassigura wkoll li l-flus ma jintużawx biex jippremjaw lil dawk li wettqu reati gravi.

--

The person who has consistently failed the national interest test is Robert Abela who has retained several contracts he knows are corrupt, while continuing to protect those who negotiated them for their personal gain, while Abela was their legal adviser.

PN’s track record of attracting EU funds and elevating Malta’s name worldwide speaks for itself, compared to Robert Abela’s government whose only international achievement is getting Malta greylisted.

PN in government will not only secure the gas pipelines funds needed but will also ensure that the money is not used to reward those who committed heinous crimes.

 

19.01.2022

Partit Nazzjonalista

About

Aħna lesti biex inkunu MIEGĦEK 💪 Miegħek. Għal Malta 🇲🇹 pn.org.mt