Aktar ma jgħaddi ż-żmien, aktar qed inkomplu nikkonfermaw li l-Gvern irid ikompli jonfoq mingħajr għaqal il-flus, b’detriment għall-poplu.

Dan kien il-qofol tal-messaġġ  ta’ konferenza tal-aħbarijiet indirizzata minnJoseph Grech, President tal-Kumitat Eżekuttiv u Kandidat tal-Partit Nazzjonalista kif ukoll Joe Giglio kandidat tal-Partit Nazzjonalista. Il-konferenza tal-aħbarijiet trattat it-tberbiq tal-flusKbl-addoċċ mill-Gvern u li, aktar ma jgħaddi ż-żmien, aktar qed toħroġ fil-beraħ.

Joseph Grech qal li filwaqt li lin-nies il-Gvern tahom €1.75, dawk tal-klikka qed ikomplu jberbqu; fosthom l-eks Ministru Justyne Caruana, li tat 15,000ewro lis-sieħeb tagħha għal xogħol li sar minn ħaddieħor. U minkejja l-appelli biex tintrefa’ r-responsabbiltà politika u tintalab tirriżenja, Robert Abela baqa’ ma ħax passi, tant li Justyne Caruana rriżenjat waħedha u se tingħata 30,000 ewro bħala golden handshake.

L-istess dwar l-iskandlu tal-Vitals, li minkejja li l-Partit Nazzjonalista ilu jindika l-irregolaritajiet li hemm f’dan il-kuntratt, issa skoprejna wkoll li l-Gvern ħallas miljun u 300,000 ewro għal spejjeż anċillari, minkejja li dawn kellhom jitħallsu minnhom. Każi riċenti oħrajn ta’ tberbiq ta’ flus kienu l-mod kif il-Ministru Silvio Schembri approva kirja ta’ żewġ miljun ewro fis-sena għal binja bħala uffiċini ġodda għall- Malta Business Registry, kif ukol li l-Aġenzija għall-Faċilità Korrettiva nefqet aktar minn żewġ miljun ewro minn kemm suppost kellha tonfoq għal proġett ta’ cameras tas-sigurtà. Dan kollu skont rapporti li deheru fil-media indipendenti anke wara l-publikazzjoni tar-rapport mill-Awditur Ġenerali.

Min-naħa tiegħu, il-Kandidat għall-elezzjoni ġenerali li ġejja Joe Giglio qal li l-Gvern għandu responsabbiltà akbar ta’ x’jagħmel bil-miljuni li jkun fdat biex suppost jużahom fl-aħjar interess ta’ kulħadd. Hu indirizza lil dawk li jirraġunaw li ma jinteressahomx għax l-aqwa li huma personalment komdi billi qalilhom li kemm huma stess, kif ukoll min mhux daqstant komdu setgħu gawdew minn dawn il-flus.

Fost l-oħrajn elenka kif il-Gvern ta’ Robert Abela nefaq nofs miljun ewro biex jagħmel propaganda għall-Budget, li kissru r-regolamenti tal-awtoritá tax-xandir u li dawn setgħu jintużaw ħafna aħjar.

Fl-istess waqt, innota kif fid-dawl tal-mod kif qed jitberbqu l-flus fil-Malta Business Registry, il-Gvern se jħallas għall-irranġar tal-post biex, fl-aħħar tal-kirja dawn jibqgħu tal-privat meta setgħet tintuża’ binja tal-Gvern.

Partit Nazzjonalista

About

Jekk se tagħmilha fuq qalbek, tagħmilhiex. Imma jekk se tagħmilha ghax tħobb... Kun il-Bidla