ŻOMM AĠĠORNAT:
Il-Gvern għandu r-responsabbilitàli jħares ir-reputazzjoni tajba tal-Air Malta
Id-deċiżjoni tal-Gvern li jintużaw ajruplani tal-kiri qed twassal biex ammont kbir ta’ passiġġieri, li jagħżlu li jużaw l-Air Malta, qed jispiċċaw jesperjenzaw dewmien esaġerat fit- titjiriet. Dan minħabba ħsarat kontinwi li qed ikollhom dawn l-ajruplani.
Filwaqt li ż-żieda fit-titjiriet u s-servizzi li jingħataw mil-linja nazzjonali tal-ajru, wasslu għall-ħtieġa ta’ aktar ajruplan, il-Gvern kellu r-responsabbilità li jara li dawn ikunu ta’ kwalità u li jilħqu l-ħtiġijiet tan-nies. Dan biex ma titnaqqarx ir-reputazzjoni tajba li għandha l-Air Malta.
Il-ħsarat fl-ajruplani tal-kiri u d-dewmien fit-titjiriet qed iwasslu biex sfortunatament issir ħsara lir-reputazzjoni tal-Air Malta, żieda fl-ispejjeż u tnaqqis fil-client satisfaction. Dan hekk kif ċertu każijiet, passiġġieri tħallew jistennew 14-il siegħa minħabba ħsarat fl-ajruplan.
Hekk kif qed nersqu lejn l-istaġun tas-sajf, il-Partit Nazzjonalista jħeġġeġ lill-Gvern biex jieħu l-aħjar deċiżjonijiet għall-Air Malta u jindirizza bl-aħjar mod il-ħtiġijiet tagħha biex il- passiġġieri jibqgħu jinqdew bl-aħjar mod. In-nies jixirqilhom l-aħjar u każijiet oħra ta’ ħsarat fl-ajruplani li qed jinkrew m’humiex aċċettabbli.
Robert Arrigo
Viċi Kap għall-Affarijiet tal-Partit u Kelliem tal-Oppożizzjoni dwar it-Turiżmu
09.04.2018