ŻOMM AĠĠORNAT:
Il-Gvern jibqa’ ma jiċħadx li qed joħroġ kontijiet tad-dawl u l-ilma ogħla milli suppost
Bir-reazzjoni tiegħu għall-konferenza tal-aħbarijiet tal-kelliema tal-Partit Nazzjonalista dwar kontijiet għoljin tad-dawl u l-ilma, l-Gvern qed jammetti li qed iħaddem b’mod hażin u inġust is-sistema tal-ħruġ tal-kontijiet għad-detriment tal-konsumaturi Maltin u Għawdxin.
Bl-istqarrija tiegħu, l-Gvern wera li mhux f’pożizzjoni li jiċħad li ħafna konsumaturi u familji qed jinsterqu kuljum mill-Gvern Laburista, li wiegħed li se jraħħas il-kontijiet u mhux jgħollihom.
Il-Gvern ta’ Joseph Muscat ma’ jistax jibqa’ jinjora r-rabja tal-poplu għal dan is-serq sfaċċat li ilu sejjer tal-anqas 3 snin u li dwarhom tkellmu individwi, akkademiċi u għaqdiet tal- konsumatur. Saħansitra ċittadini privati fetħu kawża dwar dawn il-kontijiet inġusti fl-2017 u l-Gvern sal-lum għadu m’għamel xejn.
26.05.2018