ŻOMM AĠĠORNAT:
Il-Gvern ma’ jistax jibqa’ jinsulenta l-intelligenza tal-poplu Malti
Il-kumpanija Awstraljana fl-istqarrija li għamlet fil-Borża ta’ l-Awstralja stqarret li ngħatat kuntratt mill-Gvern Malti. Fost l-oħrajn il-kumpanija hija rappurtata li qalet:
‘In the update, MGC said the monies raised would be used to build a fully-licensed medical cannabis facility in Malta after the company was awarded a landmark contract by the Maltese Government.
Under the newly-awarded contract, the Government of Malta has granted permission to MGC to construct the 4,000 square metre state-of-the-art medical marijuana production and cultivation facility on the southern European island nation.’
Anke kieku ngħatat biss letter of intent, din ma’ setgħet tingħata qatt mingħajr ma l-liġi tkun approvata, għas-sempliċi raġuni li l-ħruġ tal-istess letter of intent hija stipulata fil-liġi nnifisha.
Liema hi l-verżjoni korretta? Dik tal-kumpanija Awstraljana li qed tgħid li ngħatat kuntratt mill-Gvern Malti u li wżat din l-istqarrija biex ġabret €5 miljun, jew dik tal-Gvern li ħareġ letter of intent qabel il-Parlament ma’ approva l-liġi?
Claudio Grech
Kelliem tal-Oppożizzjoni dwar il-Benesseri tal-Familja u s-Solidarjetà Soċjali
Kristy Debono
Kelliema tal-Oppożizzjoni dwar l-Ekonomija, is-Servizzi Finanzjarji u l-Innovazjoni
14.04.2018