ŻOMM AĠĠORNAT:
Il-Gvern ma jridx iwieġeb għall-mistoqsijiet tan-nies
Il-Gvern jerġa’ jirrifjuta li jwieġeb għall-mistoqsijiet li qed jistaqsu n-nies dwar l-allegazzjoni li kienet irrappurtata fit-Times of Malta dwar il-Ministru Chris Cardona.
Dan wara li l-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia ressaq talba skont l-Artiklu 13 tal-Ordni Permanenti biex l-aġġornament tal-Kamra tar-Rappreżentanti jitressaq u minflok issir diskussjoni dwar din l-allegazzjoni serja li saret fuq il-Ministru Chris Cardona.
Għalhekk għal darb’oħra l-Gvern għażel li ma jweġibx għall-mistoqsijiet li n-nies qed jistaqsu u li għalihom kemm Joseph Muscat kif ukoll Chris Cardona għandhom xi jwieġbu. L-Oppożizzjoni għalhekk tistaqsi minn xhix qed tibża n-naħa tal-Gvern?.
18.04.2018