Il-Korp tal-Pulizija bħalissa għaddej minn żmien ta’ inċertezza kbira. Deċiżjonijiet żbaljati qed iwasslu għal moral baxx fl-istess Korp bl-aqwa elementi jiddeċiedu li jitilqu mill-istess Korp mingħajr ma jiġu attirati nies ġodda lejn dan l-istess Korp.

Il-Gvern ta’ Robert Abela iddeċieda li jixxaħħaħ mal-pulizija u li qata’ l-overtime u l-extra duty. Dan filwaqt li jirrifjuta li jisma l-karba tal-Unions li jirrappreżentawhom, li b’mod sistematiku qegħdin jiġu totalment injorati.

Huwa evidenti li l-politka tal-Gvern Laburista hija li jixxaħħaħ mal-Pulizija b’detriment għas-servizz u l-kwalitá tal-ħajja tal-istess membri tal-Korp billi iddeċieda li jabbanduna lilhom u l-familji tagħhom

Il-Partit Nazzjonalista għal drab’oħra jesprimi s-solidarjetátiegħu ma’ kull membru tal-Korp vittma ta’ inġustizzji.

Il-Partit Nazzjonalista jibqa’ kommess li jara li l-Pulizija ta’ pajjiżna mill-ġdid jingħataw l-istima li jixraqilhom. Gvern ġdid Nazzjonalista jikkommetti ruħu li l-politika ta’ xeħħa adottata mill-Gvern Laburista tintemm u dan sabiex mill-ġdid ikollna Korp bil-membri tiegħu kburin, b’moral għoli u fuq kollox rispettati.

Beppe Fenech Adami

Kelliem għall-Intern,

is-Sigurtá Nazzjonali

u ċ-Ċittadinanza

Partit Nazzjonalista

About

Aħna lesti biex inkunu MIEGĦEK 💪 Miegħek. Għal Malta 🇲🇹 pn.org.mt