ŻOMM AĠĠORNAT:
Il-ġid tat-tfal għandu jiġi l-ewwel
L-Oppożizzjoni trid li r-rapport tal-inkjesta tal-imħallef Mallia jiġi diskuss fil-Parlament
“Il-Partit Nazzjonalista jemmen li fil-liġi u l-politika dwar it-tfal, l-uniku interess fid- deċizjonijiet li jittieħdu għandu jibqa’ dak tat-tfal u tat-tfal biss.” Dan qalu d-Deputat Nazzjonalista Claudio Grech fir-reazzjoni għar-rapport tal-inkjesta magħmul mill-Imħallef Michael Mallia dwar il-Bord Konsultattiv dwar it-Tfal u ż-Żgħażagħ. It-tħassib dwar dan il- Bord Konsultattiv kien tressaq mid-Deputat Nazzjonalista Robert Cutajar fil-Parlament fl- 2015.
Claudio Grech appella sabiex b’maturità jinstab l-aktar mod effettiv kif tfal li jkunu qegħdin f’ambjent familjari diffiċli jingħatalhom l-appoġġ kollu meħtieġ. Dan sabiex ma’ jispiċċawx huma wkoll vittmi ta’ ċirkostanzi soċjali li ma’ jaħtux għalihom. “F’każijiet ta’ kustodja dan għandu jiġi kumplimentat b’rispett u rikonoxximent sħiħ tal-foster parents, li jagħtu kontribut bla qies lis-soċjetà. Id-Deputat tal-Partit Nazzjonalista elenka numru ta’ proposti fosthom li:
-
Jingħata bidu għall-proċess intensiv biex tiġi riveduta l-liġi dwar il-ħarsien tat-tfal bl- involviment sħiħ u attiv tal-imsieħba ewlenin kollha.
-
Jiddaħħal qafas ta’ miżuri aktar b’saħħithom u effettivi li jirrikonoxxu u jgħinu l- foster parents.
-
Jinbidel il-mod kif jinħatru l-Membri tal-Bord skond il-Liġi dwar il-Care Orders.
-
Jitwaqqaf servizz ġdid u aktar komprensiv minn dak eżistenti biex il-ġenituri bioloġiċi
jingħataw l-appoġġ meħtieġ f’waqtu.
-
Jsir dibattitu fil-Parlament dwar il-konklużjonijiet ta’ dan ir-rapport.
Id-Deputat Nazzjonalista Robert Cutajar qal li r-rapport tal-inkjesta jagħti raġun lill- Oppozizzjoni li ghal erba’ snin, b’konsistenza u responsabbiltà, insistiet li l-Gvern jieħu azzjoni fil-konfront tal-Bord Konsultattiv dwar it-Tfal u ż-Żgħażagħ, minħabba l-operat ħażin u t-twettiq irresponsabbli tal-funzjonijiet tiegħu. Fl-istess rapport spikkat ukoll in- nuqqas ta’ rispett li ntwera mill-membri tal-Bord lejn il-foster carers u professjonisti ohra. “In-nuqqas ta' care orders u l-fatt li liġi dwar il-ħarsien tat-tfal damet aktar minn tliet snin sabiex tressqet fil-Parlament huma xhieda tal-falliment tal-Gvern f'dan il-qasam.” żied jgħid Robert Cutajar. Huwa saħaq li l-Oppożizzjoni qed tistaqsi lill-Gvern min se jerfa' r- responsabbilità tad-deċiżjonijiet ħżiena li bihom batew tfal vulnerabbli. Sostna li l- Gvern dam tliet snin, rema' l-emendi tal-Oppożizzjoni, waqqaf kollox u se jressaq liġi oħra.
Minn naħa tiegħu Ivan Bartolo qal li l-ġenituri għandhom sehem prinċipali fit-trobbija tal- ulied u din hija responsabbilità kbira. It-tfal iġorru l-effett tat-trobbija tul ħajjithom kollha. Huwa qal li l-istat ikollu jintervjeni biss u b’daqstant responsabbilità meta t-trobbija mogħtija lill-ulied mill-ġenituri ma tkunx waħda ideali. Huwa temm jgħid li dak kollu li jsir għandu jsir fl-interess tat-tfal.
Claudio Grech
Kelliem tal-Oppożizzjoni dwar il-Benesseri tal-Familja, s-Solidarjetà Soċjali, l-Pensjonijiet u d-Drittijiet tat-Tfal u tat-Tarbija fil-Ġuf
Robert Cutajar
Whip u Kelliem tal-Oppożizzjoni dwar il-Kunsilli Lokali, l-Komunitajiet u l-Fondi Ewropej
Ivan Bartolo
Kelliem tal-Oppożizzjoni dwar l-Akkomodazzjoni Soċjali, il-Ġlieda Kontra l-Faqar, is-Solitudni ul-Esklużjoni Soċjali16.02.2018