ŻOMM AĠĠORNAT:
Il-Kap tal-PN Adrian Delia jattendi s-summit tal-Partit Popolari Ewropew
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia llum ħalla Malta biex jattendi għas-summit tal- Partit Popolari Ewropew (PPE) li se jsir fi Brussell. Matul dan is-summit Dr Delia se jiltaqa’ mal-Kapijiet ta’ Stat u gvernijiet kif ukoll ma mexxejja oħra tal-Oppożizzjoni tal-partiti membri fil-PPE.
Dr Delia huwa mistenni li wkoll jkollu numru ta’ laqgħat bilaterali li matulhom se jkompli jitkellem fl-aħjar interess tal-poplu Malti u Għawdxi.
16.10.2018