Meta Robert Abela jkun irid jixtri l-ħin, jgħid li qed jistenna konklużjonijiet ta’ inkjesta tal-Kummissarju għall-Istandards. Meta jkun irid joqtol storja, jagħmel ta’ bir-ruħu li ma teżistix investigazzjoni. Dan ġara propju llum meta Robert Abela qal li l-każ ta’ Clayton Bartolo huwa magħluq.
Dan minkejja li l-Kummissarju għall-Istandards għadu kemm intalab biex jinvestiga l-każ.
Minflok ikompli jintimida l-istituzzjonijiet, Robert Abela għandu bżonn ikun onest u jwieġeb dawn il-mistoqsijiet:
Amanda Muscat bdiet taħdem il-Ministeru tat-Turiżmu wara li bdiet ir-relazzjoni tagħha mal-Ministru Clayton Bartolo?
Meta ġiet trasferita Amanda Muscat għall-fuq il-payroll tal-Ministeru għal Għawdex, u għaliex?
Kemm hi mħallsa Amanda Muscat, u kif inbidlet il-paga tagħha matul is-snin?
Amanda Muscat tagħmel xogħol għall-Ministeru ta’ Għawdex jew għadha tirraporta għall-Ministeru tat-Turiżmu?
Huwa minnu li hija ssekondata mill-Bank Ċentrali u b’hekk ingħatat tlett xogħolijiet fi tlett snin?
X’inhuma l-kwalifiki li jagħmluha denja li tkun konsulent tal-politika kemm fil-Ministeru tat-Turiżmu u kemm ta’ Għawdex?
Il-każ mhuwiex magħluq u jimplika kemm lill-Ministru tat-Turiżmu kif ukoll lill-Ministru ta’ Għawdex li setgħu kienu kompliċi f’dan iċ-ċaqliq falz biex jevita aktar taħwid bħal dak li wassal għat-tieni riżenja ta’ Justyne Caruana f’sentejn.
03.02.2022
Do you like this page?