ŻOMM AĠĠORNAT:
Il-kwalita tal-ajra f’Malta hija r-4 l-agħar mill-pajjizi kollha tal-Unjoni Ewropea u l- Ministru għadu sieket
Il-Gvern għandu jassigura li l-kwalità tal-ajra f’pajjiżna ma’ tmurx lura u ma’ tkunx ta’ theddida għal saħħitna. Skont rapport tal-Aġenzija Ewropea dwar l-Ambjent, matul il-ġimgħa li għaddiet stess ir-residenti tan-naħa t’isfel ta’ Malta kellhom arja 20 darba agħar mill-livelli aċċettabbli għas-saħħa tal-bniedem.
F’Ottubru li għadda, l-Aġenzija Ewropea dwar l-Ambjent digà ħarġet rapport fejn fih il- kwalità tal-ajra f’Malta sar magħruf li huwa r-raba’ l-agħar mill-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea.
L-istess aġenzija uriet li fl-2016 xejn inqas minn 300 persuna mietu f’Malta b’mod prematur minħabba t-tniġġis tal-ajra f’pajjiżna. Dan biex ma nsemmux il-mard respiratorju li qed jiżdied bil-konsegwenti spejjeż mediċi, li l-familji Maltin qed ikollhom iħallsu minħabba l- inkompetenza tal-Gvern.
Wara aktar minn 8 sigħat li ġiet ippublikata l-aħbar fil-gazzetta tal-lum il-Ministru għall- Ambjent għadu ma’ serraħx ras in-nies dwar dawn ir-rapporti ta’ tħassib.
Jason Azzopardi
Kelliem tal-Oppożizzjoni dwar l-Ambjent, l-Affarijiet Marittimi u Green Initiatives
12.03.2018