ŻOMM AĠĠORNAT:
Il-Labour moħħu biss fin-numri, aħna partit tan-nies
Filwaqt li Joseph Muscat jibqa’ jiftaħar bis-surplus, it-tkabbir ekonomiku li qed jinħoloq mhux qed jasal għand kulħadd. Mhux l-istess għal Keith Schembri u Konrad Mizzi li permezz ta’ Nexia BT qalu li kienu se jdaħħlu €150,000 kull wieħed kull xahar. €5,000 kuljum meta fil-budget, iż-żieda tal-għoli tal-ħajja għall-familji hija biss €2.33 fil-ġimgħa. Dan huwa Gvern li moħħu biss fin-numri, mentri l-Partit Nazzjonalista huwa l-partit tan-nies, bi proposti ċari u konkreti biex il-ġid jasal għand kulħadd f’soċjetà li jimpurtaha.
25.11.2018