ŻOMM AĠĠORNAT:
Il-liġi li tirregola l-professjoni tal-avukati jeħtieġtimxi ’l quddiem
Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia ltaqa’ mal-President u mas- Segretarju Ġenerali tal-Kamra tal-Avukati George Hyzler u Stefan Camilleri.
Matul din il- laqgħa huma ddiskutew numru ta’ kwistjonijiet li jolqtu l-professjoni legali fosthom l-abbozz tal-liġi li tirregola l-professjoni tal-avukati. Huma nnutaw li waqt li l-professjoni qed titlob regolamentazzjoni, l-Gvern jidher li qed ikaxkar saqajh u l-abbozz ilu pendenti s-snin.
Dr Delia kkummenta kif din il-liġi torbot mat-tisħiġ tal-istituzzjonijiet għax iżżid il- professjonalità tal-avukatura u tnaqqas l-abbuż. B’hekk issaħħaħ ukoll ir-reputazzjoni ta’ pajjiżna. Huwa wiegħed l-appoġġ qawwi tiegħu għal din l-inizjattiva li jeħtieġ titwettaq bla aktar dewmien.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista u l-uffiċjali tal-Kamra tal-Avukati ddiskutew ukoll l-effiċjenza fil-Qrati u l-ħatriet tal-Imħallfin u l-Maġistrati. Dawn huma temi li jolqtu n-nies u l-fiduċja li jeħtieġ ikollhom fil-Qrati u fil-ġudikanti, innutaw iż-żewġ naħat.
30.08.2018