Jekk il-Covid ma għallimna xejn, għallimna li s-settur tal-manifattura, m'għandux jintrema! huwa wieħed mill-aktar setturi reżiljenti li għandna. Dan rajnih fid-diżastru ekonomiku li laqat id-dinja matul il-pandemija.

Fis-snin li għaddew rajna s-settur tal-manifattura jonqos kemm bil-kontribut tiegħu għall-GDP ta’ Malta, iżda wkoll mill-prattiċità tiegħu f’pajjiżna. Jidher li matul dawn l-aħħar tmien snin il-manifattura naqset b’mod kontinwu. Dan huwa settur li għandna ninvestu aktar fih u mhux inqas. Imma jiġi  bl-isfidi tagħhu wkoll.

Jekk tħares lejha b'mod ħolistiku Malta mhix il-post ideali biex tibda xi kumpanija tal-manifattura. Dan għaliex aħna gżira mdawra bl-ilma' l bogħod mill-kontinentali Ewrope. Dan joħloq spejjeż żejda li ħafna kumpaniji se jkollhom iġarrbu biex jimportaw il-materja prima u jesportaw il-prodott lest tagħhom. Dan żgur huwa ditterrent għall-ħafna li jixtiequ jiġu jinvestu f'Malta. Hemm ukoll l-ispejjeż għoljin tal-enerġija, in-nuqqas ta' spazju u l-burokrazija bla tarf, problemi tal-banek u l-Grey listing huwa kif jgħidu "cherry on the cake”

Il-COVID żgur fetah għajnejn ħafna li raw dan is-settur jaħdem xorta fid-dawl tad-diffikultajiet u l-isfidi li ġab miegħu.

Illum aktar minn qatt qabel, nistgħu naraw it-tariffi tal-merkanzija għollew sitt darbiet aktar minn dak li kienu qabel. Ovvjament dan iżid l-ispiża tal-prodott finali, jagħmilna inqas kompetittivi, jagħmel is-sitwazzjoni saħansitra aktar diffiċli għall-ħaddiema. Iżda wieħed ma jistax jinsa l-fatt li waqt il-pandemija tal-Covid, dan kien wieħed mis-setturi li ma ntmessux, jew li ‘Baqa miexi l quddiem” kien propju s-settur tal-manifattura, f’ċertu postijiet żied! Bħal is-settur tal-manifattura relatat mal-produzzjoni tal-ikel. Ħaġa waħda hija ċerta, pandemija jew le n-nies xorta jridu jieklu.

Matul iż-żjara tagħna fil-fabrika tal-Mapole, flimkien ma' Dr Bernard grech, U Rebecca Cilia sirna nafu mhux biss l-importanza tas-settur, iżda l-kontrobuzzjoni tiegħu għall-ekonomija Maltija. Fhimna aħjar kif saret bħala mexxej fl-impjiegi għal impjiegi ta’ kwalità li joffru pagi tajbin. Pero waħda mill-aktar għaffarijiet li laqtuni kien il-kuraġġ determinazzjoni u r-rieda ta’ dawn l-imprendituri. Li taw kollox biex jaraw il-ħolma tagħhom issir realtà.

Ix-xogħol tagħna bħala politiċi huwa li niżguraw li nisimgħu dak li għandhom xi jgħidu n-negozji. jifhmu l-isfidi tagħhom, jisimgħu l-ideat tagħhom, u joħolqu soluzzjonijiet malajr kemm nistgħu.

Kif jgħidu l-ħin jiswa' l- flus u ridna naraw dawn il-kumpaniji jimxu ‘l quddiem u jikbru.

Biex dan iseħħ irrid nara li l-isfidi li qed jiffaċċjaw issa bħal dawk relatati mal-merkanzija u n-nuqqas ta’ riżorsi umani jew jiġu indirizzati kemm jista’ jkun malajr. Il-Loġistika Lokali saret tal-biża u qed iżżid l-ispejjeż għan-negozji kollha.

Bdejna noħolqu proposti biex xi wħud minn dawn l-isfidi bħall-40 miljun f’għajnuna mill-istat jiġu investiti biex jitnaqqsu l-pressjonijiet finanzjarji Fuq in-negozji, kif ukoll iż-żieda minn €30,000-€60,000 VAT biex titnaqqas il-burokrazija żejda li jiġi ma 'dawn in-negozji rutini ta' kuljum.

Ikklikkja l-link hawn taħt biex tara filmat relatat maż-żjara u dak li rajna. https://bit.ly/30fXEq9

Ivan Castillo

About

A candidate from the people for the people. Kandidat f'isem il-Partit Nazzjonalista għall-Elezzjoni Ġenerali fuq it-12 Distrett.