Il-kwistjoni ta’ jekk pajjiżna għandux bżonn sistema ta’ trasport tal-massa ilha tberren fuq moħħ il-poplu għal diversi snin. Hija tema li tixhed għall-bżonn li nindirizzaw il-problema ta’ mobilita f’pajjiżna, hekk kif l-problema tat-traffiku, minkejja kollox, qegħda dejjem tiggrava. Tixhed ukoll ghall-ambizzjoni tagħna bħala poplu li flimkien nilħqu l-livell li jmiss, mhux biss fl-ambitu ta’ trasport imma wkoll ekonomikament u soċjalment. Wara kollox, pajjiż b’sistema b’saħħitha ta’ trasport huwa pajjiż b’livell ta’ għajxien għoli li kapaċi jilħaq il-potenzjal tiegħu.

Process Konsultattiv

Ricentament il-gvern ppubblika l-vizjoni tieghu ghall-progett tal-metro. Il-kumpanija internazzjoni ARUP kienet giet fdata sabiex tfassal id-disinn ta’ dan il-progett filwaqt li taghmel l-istudji mehtiega. Abbazi ta’ dan kollu qed issir il-konsultazzjoni pubblika u ghaldaqstant, il-kummenti sussegwenti tieghi ghandhom jitqiesu bhala kummenti intizi sabiex jigu indirizzati nuqqasijiet fil-progett kif propost. Wara kollox, huwa fid-dover taghna bhala Oppozizzjoni u tieghi bhala Shadow Minister ghat-Trasport fost l-ohrajn, li nippartecipaw f’dan il-process konsultattiv ghall-gid tal-poplu kollu.

Informazjoni Fundamentali Nieqsa

Jekk dan il-gvern ma jeccella f’xejn, jeccella fil-PR u l-Marketing. Ma jiddejjaq xejn jonfoq flus il-poplu f’reklamar sabiex iwassal il-propoganda tieghu – wara kollox dan l-istess gvern li nefaq aktar minn nofs miljun ewro f’reklamar dwar il-Budget 2022. U ghalhekk, mhix oggett ta’ skantament il-fatt li minkejja kampanja shiha ta’ reklamar, u nefqa ta’ 2 Miljun Ewro fuq zewg rapporti, ghad hemm hafna mistoqsijiet mhux mwiegba. Fil-materjal li hemm provdut s’issa, jidher bic-car li l-mira s’issa hija li jbiegh dan il-progett lill-poplu aktar milli jispjega il-vantaggi u zvantaggi tieghu. L-istudji li jigu prezentati f’dan l-istadju huma krucjali sabiex il-poplu jaghmel decizjoni infurmata dwar progett massicc bhal dan. Madankollu sfortunatament, minkejja li l-poplu qed jintalab jiehu decizjoni, ghad hemm hafna informazzjoni fundamentali nieqsa – bhal studju geologiku, environmental impact assessment jew social impact assessment. Jehtieg li l-poplu jinghata t-taghrif kollu mehtieg sabiex jinforma ruhu bl-ahjar mod possibbli.

Il-Poplu Mhux Ser Ikun Moqdi

Lil hinn minn hekk, mill-pjanijiet li gew ippubblikati jidher bic-car li dan il-progett, jekk isir kif propost, ghalkemm mit-taxxi taghna il-Gvern ser jonfoq madwar €6,500,000,000, se jeskludi lil eluf kbar ta’ Maltin. Ghawdex, il-Mellieha, parti kbira minn San Pawl il-Bahar,l-Imgarr, is-Siggiewi, Haz-Żebbuġ, ir-Rabat, Birżebbuġa, iz-Żurrieq, il-Qrendi, Ħal Safi, Hal Kirkop, l-Imqabba, Marsaxlokk, Marsaskala, iz-Żejtun, Hal Għaxaq u x-Xgħajra kollha se jithallew barra. Anke postijiet importanti ghall-ekonomija ta’ pajjizna, bhall-Freeport, Smart City u z-Zona Industrijali ta’ Hal Far gew eskluzi. Filwaqt li nifhem li huwa teknikament impossibbli li din is-sistema taqdi lil kull rokna tal-pajjiz, lanqas mhu gust li sistema li se tithallas mit-taxxi tal-Maltin u l-Ghawdxin kollha, taqdi biss lil frazzjoni mill-poplu.

Spekulazjoni ta’ Art

Il-prezentazzjoni tal-pjanijiet ta’ dan il-progett qajmet numru ta’ dubji u mistoqsijiet ohrajn ukoll. Ewlenija fosthom hija il-kwistjoni tat-torrijiet li gew inkluzi fil-proposta tal-Gvern Laburista. Uhud mit-torrijiet huma ta’ madwar 22 il-sular gholi. Wiehed irid izomm f’mohhu li l-istazzjonijiet se jinbdew f’zoni strategici, u ghaldaqstant l-art li se tintuza se tkun ta’ valur gholi. Ghaldaqstant, jehtieg naraw li l-art tintuza bl-aktar mod ghaqli, u ghall-beneficcju tal-poplu kollu u mhux tal-ftit. Bl-ebda forma ta’ logika ma tista tiggustifika l-bzonn ta’ torrijiet li jitilghu ammont ta’ sulari ‘il fuq ghall-bini ta’ stazzjonijiet taht l-art. Ghalhekk qieghed ninsisti li din il-mistoqsija tigi mwiegba ghas-serhan il-mohh tal-poplu Malti li dan il-progett suppost ta’ fejda nazzjonali ma jispiccax progett ta’ beneficcju ghall-ftit maghzula biss.

 Trakka tal-Karozzi jew Depot tal-Metro?

Kwistjoni ohra li fegget mal-prezentazzjoni tal-gvern tal-pjanijiet tieghu ghall-metro kienet dik tas-sit maghzel ghall-depot tal-manutenzjoni. Ovvjament, sistema massiva bhal din se tkun tehtieg siti fejn isiru t-tiswijiet tal-vaguni u l-makkinarju kollu relatat. Skont il-pjanijiet ipprezentati mill-gvern, dan is-sit se jsir f’Hal Far. Madankollu, jekk wiehed jhares b’attenzjoni lejn il-pjanti, jinduna li dan l-istess sit li ftit tal-gimghat ilu thabbar b’tant pompa li fuqu se ssir it-trakka tal-motorsports. Din il-kunflingenza fil-pjanijiet wasslet ghal numru ta’ mistoqsijiet – l-ewwel net, il-gvern x’qieghed jipprova jaghmel? Iqarraq bid-delittanti tal-motorsports? Iqarraq b’kulmin irid il-progett tal-metro? Jew inkella lanqas biss kien hares lejn iz-zewg proposti, u allura qas kien jaf bil-kunflingenza? It-tliet sitwazzjonijiet huma ta’ thassib u ma jawgurawx tajjeb ghall-futur ta’ dawn il-progetti. Jehtieg li l-gvern illum qabel ghada jaghti assigurazzjoni lin-nies minn dan ir-rigward ukoll.

Taxxi Mohbija

Fuq kollox, il-mistoqsija l-aktar kontroversjali li qamet bil-publikazzjoni ta’ dan ir-rapport kienet dwar is-sensiela ta’ taxxi mohbija li gew inkluzi f’dawn ir-rapporti. Filwaqt li l-gvern ma ddejjaq xejn jonfoq l-eluf biex jirreklama l-lahma, minn naha l-ohra heba l-ghadma bit-tama li hadd ma jaraha. Imsemmija fir-rapport hemm spiza ta’ €3 biex wiehed ikun jista sempliciment jipparkja l-karozza fit-triq, zieda ta’ 5c il-litru fil-prezz tal-fuel, zieda ta’ €25 fil-licenzja tal-karozza, spiza addizzjonali ta’ €40 ghal kull metru kwadru meta tapplika biex tibni darek u taxxa addizzjonali sa 5% meta tigi biex tixtri dar. Dawn kollha huma spejjez godda proposti fir-rapporti kkummissjonati mill-gvern, propju fi zmien meta l-gholi tal-hajja qed inhossuh ilkoll kemm ahna wara pandemija li laqtitna lkoll b’mod negattiv finanzjarjament.

Ghalhekk huwa krucjali li l-gvern jaghti l-istampa kollha sabiex il-poplu jaghmel l-ahjar ghazla ghall-gid tieghu u ta’ uliedu.

Toni Bezzina

About

Determinat li nkun ta' servizz għal kulħadd. Kelliem għat-Trasport, Avjazzjoni u Affarijiet Marittimi. Kandidat f'isem il-Partit Nazzjonalista għall-Elezzjoni Ġenerali fuq il-5 Distrett.