ŻOMM AĠĠORNAT:
Il-Partit Nazzjonalista huwa favur il-ħajja mill-konċepiment
Adrian Delia b’konsistenza jagħti free vote lid-Deputati fil-vot tal-emendi tal-Vjolenza Domestika li neħħiet il-protezzjoni tat-tarbija mil-liġi
Il-Partit Nazzjonalista huwa favur il-ħajja mill-konċepiment sat-tmiem naturali tagħha. Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia żamm kelmtu u ta free vote lid-Deputati tal-Partit Nazzjonalista fuq l-emendi għal-liġi tal-Vjolenza Domestika, li neħħiet il-protezzjoni tat- tarbija fil-ġuf.
Il-Grupp Parlamentari kollu tal-Partit Nazzjonalista qabel li fi żmien mitt ġurnata ta’ Gvern Nazzjonalista ġdid terġa’ tiddaħħal din il-protezzjoni tat-tarbija fil-ġuf li neħħa l-Gvern Laburista.
Fil-Parlament, Adrian Delia kien staqsa għal aktar minn darba għalfejn il-Gvern irid ineħħi l- protezzjoni lit-tarbija fil-ġuf. Filwaqt li għall-Ministru Chris Fearne, l-embrijun huwa biss tmien ċelloli, għall-Partit Nazzjonalista hija ħajja umana.
Il-Partit Nazzjonalista dejjem kien kontra l-vjolenza domestika, u dan urieh bil-fatti, tant li l- liġijiet kontra l-vjolenza fuq in-nisa kienu daħlu fil-liġi taħt Gvern Nazzjonalista fl-2012.
Il-Partit Nazzjonalista dejjem kien u se jibqa’ kontra kull forma ta’ vjolenza, kemm dik li ssir fuq in-nisa u dik li ssir fuq il-ħajja umana. Il-Gvern iżda għażel li fil-liġi tal-vjolenza domestika jneħħi l-protezzjoni lit-tarbija fil-ġuf u allura għażel li jkun kontra l-ħajja.
25.04.2018