ŻOMM AĠĠORNAT:
Il-Partit Nazzjonalista jsellem il-memorja ta’ Evelyn Vella Brincat
Tħabbret il-mewt ta’ Evelyn Vella Brincat li kienet membru tal-Kunsill Amministrattiv tal- Partit Nazzjonalista u President tal-Kulleġġ Kandidati tal-PN. Hija kienet ukoll minority leader fil-Kunsill Lokali ta’ Pembroke u preżentattriċi ta’ programmi kemm fuq NET TV kif ukoll NET FM.
Evelyn Vella Brincat kienet ilha attiva fil-politika għal numru ta’ snin u kkontestat ukoll l- elezzjoni ġenerali mal-Partit Nazzjonalista. Hija kienet attiva ukoll fil-qasam volontarju fejn għamlet żmien membru tal-Kunsill Nazzjonali tan-Nisa u membru fundatur tal-Metastatic Breast Cancer Malta Support Group fost l-oħrajn.
Evelyn Vella Brincat tibqa’ magħrufa għall-karattru twajjeb tagħha u li baqgħet sal-aħħar tiġġieled l-inġustizzji fis-soċjetà u favur id-drittijiet tal-annimali.
Filwaqt li jesprimi sogħba, l-Partit Nazzjonalista jagħti l-kondoljanzi lill-familja u l-qraba tagħha.
Clyde Puli
Segretarju Ġenerali
18.08.2018