ŻOMM AĠĠORNAT:
Il-PN jifraħ lil Manfred Weber li se jkun il-kandidat tal-PPE għall-Presidenza tal-KE
Il-Partit Nazzjonalista jifraħ lil Manfred Weber li ġie elett bħala l-kandidat tal-Partit Popolari Ewropew għall-Presidenza tal-Kummissjoni Ewropea.
Il-Partit Nazzjonalista jawgura lil Alexander Stubb, li wkoll ikkontesta din l-elezzjoni li saret waqt il-Kunsill tal-Partit Popolari Ewropew f’Ħelsinki fil-Finlandja.
Ir-riżultat uffiċjali kien 492 vot għal Manfred Weber u 127 għal Alexander Stubb.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li qed iħares ‘il quddiem sabiex jaħdem flimkien ma’ Manfred Weber u mal-Partit Popolari Ewropew għal Ewropa li jinteresaha.
08.11.2018