ŻOMM AĠĠORNAT:
Il-PN jifraħ lit-tim nazzjonali tal-Waterpolo
Malta rappreżentata fil-Kampjonat Ewropew fi Spanja
Il-Partit Nazzjonalista jifraħ lit-tim nazzjonali Malti tal-waterpolo li għat-tieni darba konsekuttiva ikkwalifika għall-Kampjonat Ewropew tal-Waterpolo.
It-tim nazzjonali Malti tal-waterpolo se jkun qed jirrappreżenta lil Malta fil-kampjonat Ewropew li se jsir f’Barċellona fi Spanja f’Lulju li ġej.
Il-Partit Nazzjonalista jawgura l-aqwa suċċess lill-atleti Maltin li jiffurmaw it-tim nazzjonali tal-Waterpolo, il-kowċ Karl Izzo kif ukoll lill-uffiċjali kollha għall-kampjonat Ewropew. It- tim Malti se jkun flimkien mal-aqwa timijiet Ewropej f’dan l-isport.
Ryan Callus
Kelliem tal-Oppożizzjoni dwar iż-Żgħażagħ, l-Isport u l-ġlieda kontra l-Obeżità
03.03.2018