ŻOMM AĠĠORNAT:
Il-PN jsellem il-memorja tal-eks Ambaxxatur George Cassar
Il-Partit Nazzjonalista jsellem il-memorja tal-eks Ambaxxatur George Cassar li miet fl-età ta’ 69 sena.
L-Avukat George Cassar serva bħala Ambaxxatur għall-Eġittu, l-Etijopja, s-Sudan, filwaqt li kien Ambaxxatur għal-Libja bejn l-2009 u l-2011. Huwa serva wkoll bħala rappreżentant Malti għall-Unjoni Afrikana u l-League of Arab States bejn l-2012 u l-2015. Bniedem ta’ intelliġenza li kapaċi jħares fit-tul u li ħadem għall-ġid tal-pajjiż tagħna f’settur vitali għalina. Ċertament li hija telfa kbira.
Il-Partit Nazzjonalista jagħti l-kondoljanzi lill-familja ta’ George Cassar.
Carm Mifsud Bonnici
Kelliem tal-Oppożizzjoni dwar l-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ
01.11.2018