ŻOMM AĠĠORNAT:
Il-PN se jibqa’ jiġġieled biex l-isptarijiet jingħataw lura lin-nies
Il-Qorti llum ddeċidiet li l-kawża li fetaħ il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia dwar it-tliet sptarijiet li l-Gvern kien ta lil Vitals hija ta’ importanza kbira u nazzjonali.
Dan wara li Dr Delia kien fetaħ kawża fil-Qorti sabiex din tordna li jiġi annullat il-kuntratt li l-Gvern kien iffirma fl-2016 mal-Vitals Global Healthcare biex b’hekk l-isptarijiet Karin Grech, San Luqa u l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex jintraddu lura lin-nies.
Adrian Delia kien fetaħ din il-kawża wara li fil-Parlament, l-Oppożizzjoni kienet għamlet bosta mistoqsijiet għalfejn il-Gvern kien iddeċieda li jagħti l-isptarijiet lil Vitals, li ma kellhom l-ebda esperjenza jew kredenzjali fis-settur tas-saħħa.
In-nies għandhom ikunu jafu min huma s-sidien tal-Vitals. Għandhom ikunu jafu wkoll fejn marru l-€50 miljun li l-Vitals ħadu meta ma sar l-ebda rinnovar tat-tliet sptarijiet ħlief ħofra state of the art ħdejn l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex.
Dwar il-kawża kontra Vitals, il-Qorti ddeċidiet ukoll li s-smigħ jkun wieħed sħiħ. Il-kawża biex t-tliet sptarijiet jingħataw lura lin-nies issa se tkompli fit-28 ta’ Mejju li ġej.
10.05.2018