F'pajjiż greylisted, l-aħħar ħaġa li għandna bżonn huwa dell fuq il-Prim Ministru li seta’ kien involut fi skemi li jintużaw fil-ħasil tal-flus.
Il-Prim ministru għandu minnufih jiddikjara dak kollu li jaf dwar dak żvelat fit-Times. Il-Prim Ministru għandu ħafna xi jwieġeb dwar dan il-każ inkluż kemm-il darba uża dan il- metodu fi transazzjonijiet li għamel inkluż fi transazzjonijiet tiegħu nnifsu, kemm qala’ flus u jekk iddikjarax kollox?
Il-Prim Ministru jrid jgħid ukoll id-differenza fil-prezz bejn l-ewwel u l-aħħar konevnju u jekk għamilx due diligence fuq il-klijenti tiegħu qabel ħadmilhom. L-oppożizzjoni qed issegwi mill-qrib dan il-każ.
Mhux ta b’xejn li Robert Abela kien kontra l-abbozz ta’ liġi dwar ġid mhux spjegat u kontra l-ġlieda fil-konfront tal-kriminalità organizzata.
13.2.2022
Do you like this page?