Din il-ġimgħa, Il-kelliem tal-oppożizzjoni għall-ġustizzja Beppe Fenech Adami ħareġ stqarrija għall-istampa relatata mas-sitwazzjoni li tinsab fiha l-pulizija.

Jiddispjaċini nara li l-kummissarju tal-pulizija flok jersaq mal-unjins biex jara u jifhem aħjar kif jistgħu jtejbu l-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-korp tal-pulizija tagħna, għażel minflok li jmur kontrihom u jagħmel ħajjithom u lil kull min hu involut fl-għaqda waħda diffiċli. Mill-istqarrija għall-istampa sirna nafu li tnejn mill-ogħla karigi tal-Unjion se jingħataw it-tieni transfer fi żmien qasir.

Dawn in-nies m'għandhomx jiġu kkastigati għax jitkellmu fuq kif jistgħu jtejbu l-kundizjonijiet u  d-drittijiet tagħhom u kif  dawn jiġu mtejba, Dawn in-nies m'għandhomx jiġu kkastigati għax jsibu u  joħolqu sitwazzjoni aħjar għal dawk kollha li jaħdmu f’din il-professjoni. Professjoni li kulħadd jaf li mhux xi wieħed faċli biex taħdem fih.  Għaliex dawn in-nies għandhom jiġu ttrattati b’mod differenti?  Għaliex qed jiġu diskriminati għax huma l-vuċi ta’ ħafna?

Jiena jkolli l-opportunità mhux biss bħala president tal-SHPN iżda wkoll bħala kandidat għall-elezzjonijiet Ġenerali waqt house visits li nagħmel, nitkellem ma’ numru ta’ pulizija u dawn jiftħu qalbhom miegħi ħafna. Ġejt infurmat li kważi l-allowances kollha li qed jirċievu l-pulizija tneħħew. Wieħed jrid jifhem li l-paga baziku ta 'pulizija bilkemm hemm biżżejjed biex jgħaddu x-xahar. Jekk inneħħu l-allowances li kienu l-uniku vantaġġ li jżidu l-pagi tagħhom ser jkun hemm effett ta’ moral baxx ħafna li jkollu l-effett negattiv fuq xogħolhom. Fil-preżent spejgawli kif il-moral tal-korp tal-pulizija huwa l-aktar baxx li qatt kien.

Jekk ix-xogħol ma jkunx attraenti, ħadd ma jkun attirat lejh. Dan huwa l-każ tal-korp tal-pulizija preżenti. Xogħol li għandu stress kbir kemm fuq l-impjegat kif ukoll fuq il-familji tagħhom. Xogħol li  fih innifsu huwa ta’ periklu, li trid tagħmel sagrifiċċju kbir biex taħdem fih, u huwa l-inqas imħallas fost ħafna, żgur li mhux jħajjar nies jidhlu fih.

Huwa ċar li għalfejn qed ikollna l-inqas ' pulizija ġodda kull sena. Infakkar li qabel l-2013 kien jkollna 100 kadettġdid li jiggradwaw mill-akkademja tal-pulizija kull sena. Ħafna aktar minn dak li naraw illum, u tagħtihom tord meta jarraw dak li qiegħed jsir fil-korp illum.

Huwa ta' dispjaċir li tara li l-istituzzjoni li suppost tiżgura li ma jkun hemm l-ebda inġustizzja, jkunnu  l-istess istituzzjoni li qed tiddiskrimina kontra tagħhom stess. Hu ta’ dieqa li tara li l-korp tal-pulizija waqaf jinvesti fin-nies taghha. Korp tal-pulizija, jrid jiżgura li l-pulizja tagħha  jinghataw attenzjoni u sodisfazzjon li jixirqilhom u mhux minflok servew biss b’ingustizzja. L-irġiel u n-nisa tal-Korp tal-Pulizija ta’ Malta jixirqilhom aħjar! Ejjew nagħtuhom dak li jixrqalihom.

Ivan Castillo

About

A candidate from the people for the people. Kandidat f'isem il-Partit Nazzjonalista għall-Elezzjoni Ġenerali fuq it-12 Distrett.