ŻOMM AĠĠORNAT:
Il-Qorti tiddikjara li s-smigħ tar-rikors Kostituzzjonali mressaq mill-Kap tal-Oppożizzjoni għandu jsir b’urġenza
Dan wara li l-Avukat Ġenerali baqa’ m’għaddiex kopja sħiħa tal-inkjesta
Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia ngħata raġun mill-Qorti u r-rikors Kostituzzjonali li ressaq biex jingħata kopja sħiħa tal-inkjesta tal-Maġistrat Aaron Bugeja se jinstema’ b’urgenza. Dan wara li l-Avukat Ġenerali ma riedx li l-Qorti tiddeċiedi b’urġenza dan ir- rikors u ried li jiddeċiedi hu biss, filwaqt li jostakola l-mod kif il-Kap tal-Oppożizzjoni jeżerċita dmirijietu skont il-liġi.
Fid-deċiżjoni tiegħu, l-Imħallef Robert Mangion iddikjara li l-mertu tar-rikors Kostituzzjonali mressaq mill-Kap tal-Oppożizzjoni jimmerita li jiġi trattat b’urġenza. Dan meta l-Kap tal- Oppożizzjoni qed jitlob lill-Qorti tiddikjara li bid-deċiżjoni tiegħu li ma jagħtihx kopja sħiħa tal-inkjesta, l-Avukat Ġenerali qiegħed iwaqqfu milli jaqdi dmirijiet bħala Kap tal- Oppożizzjoni skont il-liġi. Il-Qorti qalet li ma tistax serenament tasal għall-konklużjoni li din il-kwistjoni mressqa minn Adrian Delia mhix ta’ ‘natura urġenti’ jew li ‘m’għandhomx għalfejn jiġu trattati b’xi għaġla partikolari’.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia kien ressaq dan ir-rikors Kostituzzjonali kontra l- Avukat Ġenerali wara li bid-deċiżjoni tiegħu li ma jagħtix kopja sħiħa tal-inkjesta tal- Maġistrat Bugeja, l-istess Avukat Ġenerali kien qed imur kontra l-Kostituzzjoni u kontra l- Konvenzjoni Ewropea. Dan filwaqt li kien qed joħloq żbilanċ politiku serju bejn il-Gvern u l- Oppożizzjoni meta l-Prim Ministru u Kap tal-Partit Laburista kellu kopja sħiħa tal-inkjesta filwaqt li l-Kap tal-Oppożizzjoni u Kap tal-Partit Nazzjonalista m’għandux.
Fir-risposta tiegħu għal dan ir-rikors b’urgenza, l-Avukat Ġenerali kien żbilanċja ruħu aktar favur il-Gvern meta ma riedx li l-Qorti tisma l-kaz b’urġenza. Dan kontra l-prinċipju tat- trasparenza kif ukoll kontra l-interess nazzjonali. Is-smigħ tar-rikors Kostituzzjonali mressaq mill-Kap tal-Oppożizzjoni se jsir nhar it-Tnejn 3 ta’ Settembru li ġej.
16.08.2018