ŻOMM AĠĠORNAT:
In-nies qed jistennew il-verita'
Il-Qorti terġa’ tikkonkludi li Konrad Mizzi u Keith Schembri għandhom jiġu investigati
Għat-tieni darba l-Qorti kkonkludiet li l-Ministru Konrad Mizzi u ċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru Keith Schembri għandhom jiġu investigati.
Dan wara li l-Maġistrat Francesco Depasquale dalgħodu kkonferma li Konrad Mizzi u Keith Schembri għandhom jiġu investigati dwar allegat ħasil tal-flus, flimkien ma’ Brian Tonna u Karl Cini.
F’Lulju li għadda, il-Maġistrat Ian Farrugia wkoll kien ikkonferma li Konrad Mizzi u Keith Schembri għandhom jiġu investigat. In-nies qed jistennew li l-Prim Ministru Joseph Muscat jieqaf jiddefendihom u minflok iħalli li l-investigazzjoni ssir. Dan wara li appelaw mid- deċiżjoni tal-Maġistrat Ian Farrugia biex din l-investigazzjoni ssir.
In-nies qed jistennew li toħroġ il-verità u għalhekk il-Partit Nazzjonalista jistieden lil Konrad Mizzi u Keith Schembri sabiex iwaqqgħu l-appell li għamlu biex l-investigazzjoni ma ssirx.
Simon Busuttil
Kelliem tal-Oppożizzjoni dwar il-Governanza Tajba
David Casa
Membru tal-Parlament Ewropew
21.05.2018