ŻOMM AĠĠORNAT:
In-nies qed jistennew il-veritàdwar l-allegat fondi li Keith Schembri rċieva mill- Ażerbajġan
In-nies qed jistennew spjegazzjoni mingħand il-Prim Ministru Joseph Muscat dwar l- allegazzjonijiet li qed isiru fuq iċ-Chief of Staff tiegħu Keith Schembri.
Fil-Parlament il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia staqsa lil Joseph Muscat dwar artiklu fil- midja indipendenti fejn ġie allegat li Keith Schembri rċieva $430,000 ħamest ijiem wara ż- żjara f’Baku fl-Ażerbajġan. Għal din il-mistoqsija li saritlu Joseph Muscat qal li Keith Schemnbri jiċħad kategorikament u li din kienet ‘storja mimlija invenzjonijiet.
Fid-dawl li aktar allegazzjonijiet fil-konfront ta’ Keith Schembri qed jiġu rrappurtati fil-midja indipendenti, n-nies qed jistennew li jsiru jafu l-verità. Wara din iċ-ċaħda min-naħa ta’ Joseph Muscat, il-midja indipendenti rrappurtat kif bid-data u l-ammonti, l-flus li allegatament iċ-Chief of Staff tiegħu Keith Schembri rċieva fil-kont tal-bank wara ż-żjara f’Baku fl-Ażerbajġan.
Il-Partit Nazzjonalista jistaqsi jekk Joseph Muscat u Keith Schembri hux se jbiddlu l-verżjoni tagħhom issa li ħarġu aktar dettalji fuq dawn l-allegazzjonijiet ta’ fondi jew jekk hux se jibqgħu jgħidu li dawn l-istejjer irrappurtati fil-midja huma invenzjonijiet.
06.06.2018