Dak li qed jiġri bħalissa huwa ħtif bla mistħija tax-xandir pubbliku, mill-Partit Laburista. Għalkemm il-Partit Nazzjonalista żied l-attività u l-impenn tiegħu b’għaxar darbiet, qed ningħataw ħafna inqas spazju fuq ix-xandir pubbliku, mill-Partit Laburista. Dan huwa ksur ċar tar-regoli tal-Awtorità tax-Xandir, li jimmiraw li jkun hemm bilanċ fuq TVM, fejn tidħol l-espożizzjoni politika tal-partiti. 

 

Għaliex huwa importanti dan? Il-bilanċ u l-imparzjalità mhux biss huma bżonjużi biex demokrazjia moderna tiffunzjona sew, imma n-nuqqas tagħhom iservi aġenda ta’ propaganda li trid biss tnessik il-lista twila ta’ skandli ta’ korruzzjoni u fallimenti tal-Gvern preżenti u dak ta’ qablu. Hemm ħafna kliem li nistgħu nużaw biex niddeskrivu it-tul ta’ din il-lista, jew inkella nistgħu wkoll inniżżluhom wieħed wieħed hawn:

  1.   Gaffarena u Cafè Premiere
  2.   Windfarms fil-Montenegro
  3.   L-iskandlu tal-Electrogas
  4.   Panama Papers
  5.   L-Università Amerikana
  6.   Prim Ministru Joseph Muscat isiefer first-class, bla ma nafu min ħallaslu
  7.   Qtil ta’ Daphne Caruana Galizia
  8.   L-Istat instab ħati li ħoloq kultura ta’ impunità
  9.   Sitt Kummissarji tal-Pulizija f’seba’ snin
  10. Taħwid sfrenat fil-pandemija tal-COVID-19
  11. Ippruvaw iwaħħlu qtil fuq wieħed minnhom
  12. Kickbacks mill-bejgħ ta’ passaporti
  13. Bejgħ tal-passaport Malti lill-kriminali
  14. Pilatus Bank
  15. Joseph Muscat ivvutat l-ikbar korrott tal-2019
  16. U-turn dwar l-Unjoni Ewropea
  17. Owen Bonnici kkundannat li kiser il-kostituzzjoni 
  18. Ministru jigdeb dwar burdell f’Acapulco, u jiffriża l-assi ta’ Daphne Caruana Galizia
  19. Ir-raġel ta' Ministru, pulizija f'kariga għolja, ħabib sew ta' Yorgen, u siefer miegħu
  20. Arloġġ u nbid jiswew l-eluf bħala rigal lil Joseph Muscat
  21. Vitals
  22. Keith Schembri tilef il-mobile nofsiegħa qabel ġie arrestat
  23. Medical visas tal-Libja
  24. Ministri jirriklamaw fuq Facebook bit-taxxi tal-poplu
  25. 13,000 ewro fix-xahar lil Sai Mizzi
  26. Membri tal-MFSA u FIAU jsiefru Vegas ma’ Yorgen Fenech
  27. PEPs fil-gvern jużaw emails privati
  28. Job għal Melvin Theuma, middleman fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia
  29. Joseph Muscat kera l-karozza tiegħu stess lilu nnifsu
  30. Impjiegi galore mal-gvern qabel l-elezzjonijiet
  31. Bejgħ tal-Australia Hall
  32. Kuntratt tal-Aħrax tal-Mellieħa minn wara dahar il-poplu
  33. Imlew Malta bil-kaxxi tal-konkrit
  34. Klassijiet tal-iskola bil-containers tal-merkanzija
  35. Massakru tas-siġar
  36. Skandlu tat-tonn
  37. Ħbieb b’pagi oxxeni
  38. Marigold, ta’ Michelle Muscat, bla awditjar
  39. Konferenzi indirizzati minn Joseph Muscat dwar qtil, flok il-Kumissarju
  40. Sparar minn pulizija xufier ta’ ministru fit-triq u cover-up
  41. Egrant, Hearnville, Tillgate
  42. Immigranti fuq il-Captain Morgan fix-xitwa, imħallas mit-taxxi tal-Gvern. Imbagħad l-istess persuna ta donazzjoni lill-Partit Laburista ta’ ammont kbir
  43. Muscat u Zammit Lewis fi btala fi Franza f’lukanda ta’ Yorgen
  44. Irridu nħallsu 100 miljun ewro biex nieħdu l-isptarijiet lura
  45. Membru tal-Kabinett iddaħħal mal-50 elf ewro mingħand Yorgen fuq senserija
  46. Abela jitlob investigazzjoni mill-Kummissarju tat-Taxxi fuq Bernard Grech, imma ma jaghmilx l-istess fuq Rosianne Cutajar, Konrad Mizzi, Keith Schembri u Joseph Muscat
  47. Robert Abela jfalli milli jelenka d-dħul fid-dikjarazzjoni tal-Assi (għadu sa issa)
  48. Ministru għamel kuntratt ta' art ma' persuna vulnerabbli u ħadha bl-irħis
  49. Ministru ddikjarat mill-Qorti li x-xhieda tiegħu mhix kredibbli. Fi kliem sempliċi, gideb taħt ġurament.
  50. Muscat ordna lill-Awtorità tat-Turiżmu jagħtu kuntratt ta' €80,000 lil Konrad wara li dak kellu jirriżenja mill-Kabinett
  51. MP Laburista elett irriżenja minuti wara li ħa l-ġurament biex iħalli lill-PM jagħmel co-option lil min irid. Jiġifieri ieħor mingħajr vot popolari wieħed
  52. Irridu nħallsu 417 miljun ewro biex nieħdu lura l-power station
  53. 40 miljun ewro rifużjoni mit-taxxa lill-Electrogas
  54. Frame-up politiku fuq ir-raġel ta’ Giovanna Debono
  55. Ministru tagħti kuntratt lill-maħbub tagħha bla kwalifiki
  56. Kunjata taċ-Ċiniż assoċjat mal-kuntratt tal-power station hija s-sid ta’ MacBridge
  57. Marigold ta’ Michelle Muscat ħadet iżjed minn nofs miljun ewro mill-Gvern, u tirċievi donazzjonijiet mingħand dawk li jixtru l-passaporti
  58. Tifla ta’ konsulent ewlieni ta’ Ian Borg tingħata direct order ta’ avukat, bla ma kellha warrant
  59. Gvern Laburista kkundannat mill-Kummissjoni Venezja li pprova jaqbeż il-kostituzzjoni
  60. Ombudsman iddikjara li promozzjonijiet tal-AFM fl-2013 kienu illegali
  61. Kap tal-ONE jgħajjar lill-ambjentalisti tradituri
  62. Edward Zammit Lewis jitħabbeb ma’ Yorgen Fenech jgħidlu li jimmissjah
  63. Qtugħ ta’ dawl konsistenti fis-sajf
  64. Robert Abela jżomm lil Joseph Muscat fil-Partit Laburista minkejja li ħalla l-korruzzjoni għaddejja
  65. Marina ta’ Marsaskala bla konsultazzjoni u reżistenza qawwija mill-Kunsill, residenti u għaqdiet
  66. Attaki fuq websites tal-ġurnali lokali
  67. Kundizzjonijiet foqra għall-għalliema
  68. Stenna sal-aħħar minuta biex jagħti direzzjoni fuq sena skolastika
  69. Żbilanċ fix-xandir pubbliku
  70. U ma ninsewx il-famuż Grey Listing

Jekk xbajt b’dan it-theddid serju għad-demokrazija tagħna, u tixtieq li terġa’ tibda tgħix f’pajjiż li jinforza l-kontabbiltà, mela naqblu. Issa wasal iż-żmien għall-bidla, u int tista’ tgħin biex iġġib il-bidla issa. 

 

Agħti donazzjoni, u għinna naslu għal dan l-għan komuni. 

 

Aħna rridu nbiddlu l-mod kif issir il-politika, u rriduk tkun fiċ-ċentru ta’ din il-bidla.

 

 

Changing the way we do politics

 

We are currently witnessing the shameless take over of the national TV station by PL. Even though we increased our activity tenfold, we’re still being given a significantly lower amount of airtime when compared to the PL. This directly infringes the Broadcasting Authority’s regulations that aim to ensure proper balance on TVM when it comes to political exposure of the two major parties.

 

But why is this important? Balance and impartiality are not only required for a modern democracy to function properly, but the lack of it is also serving another, more sinister, agenda; To make you forget all about the long list of corruption cases and failures of the current and previous PL administrations. We can use many superlative words to describe the length of such a list, or we can just mention them all one by one below:

 

  1. Gaffarena and Cafe Premiere
  2. Windfarms in Montenegro
  3. The Electrogas scandal
  4. Panama Papers
  5. The American University of Malta
  6. Prime Minister Joseph Muscat travelled first class, without knowing who paid for the trip
  7. The murder of Daphne Caruana Galizia
  8. The state found guilty of cultivating a culture of impunity, which lead directly to themurder of a journalist
  9. Six Police Commissioners in seven years
  10. Utter chaos during the COVID pandemic
  11. They tried to frame the murder on one of their own
  12. Kickbacks from sales of passports
  13. Sale of Maltese passports to criminals
  14. Pilatus bank
  15. Joseph Muscat won “man of the year” in corruption in 2019
  16. U-turn regarding European Union
  17. Owen Bonnici condemned of breaking the constitution
  18. Minister lies about frequenting a brothel in Acapulco, and froze assets of Daphne Caruana Galizia
  19. The husband of a minister, a high-ranking police officer, is a close friend of Yorgen Fenech, and even travels abroad with him.
  20. A watch and wine that cost thousands of Euros as a gift to Joseph Muscat
  21. The ongoing Vitals hospital scandal
  22. Keith Schembri loses his mobile phone half an hour before he got arrested
  23. Libyan medical visas
  24. Ministers breaking ethical regulations by promoting themselves on Facebook through taxpayers money.
  25. €13,000 a month to Sai Mizzi
  26. Members of MFSA and FIAU travel to Vegas with Yorgen Fenech
  27. PEPs in the government use private Emails
  28. Giving a job to Melvin Theuma, the middleman in the murder of Daphne Caruana Galizia
  29. Joseph Muscat rented his own car to himself
  30. Countless government jobs handed out right before the election
  31. The sale of Australia Hall
  32. Aħrax tal-Mellieħa contract taking place in secret
  33. Turned Malta into a concrete jungle
  34. Containers used as school classrooms
  35. Massacre of trees
  36. The tuna scandal
  37. PL Friends with highly-inflated salaries
  38. No auditing on Michelle Muscat’s Marigold Foundation
  39. Conferences about the murder of Daphne Caruana Galizia addressed by Joseph Muscat instead of hte Police Commissioner
  40. Shooting in the street by a police officer, who was also a driver for a Minister, and a cover up
  41. Egrant, Hearnville, Tillgate
  42. Immigrants on Captain Morgan in winter, paid by taxpayers money. Same person gave a large donation to PL
  43. Muscat and Zammit Lewis on holiday in France in one of Yorgen Fenech’s hotels
  44. A contract clause that states taxpayers need to pay €100 million to get our hospitals back
  45. Member of cabinet receives €50,000 from Yorgen Fenech after acting as intermediary in property sale that did not materialise
  46. Robert Abela requests an investigation by the commissioner of taxes on Bernard Grech as soon as he became PN leader. He fails to do the same on: Rosianne Cutajar, Konrad Mizzi, Keith Schembri and Joseph Muscat
  47. Robert Abela fails to list income in asset filings (still hasn’t to this day)
  48. A Minister enters contractual agreement on land with a vulnerable person and takes advantage by taking the land at a very low price.
  49. A minister declared by court that his testimony is not credible. In other words, he lied under oath.
  50. Muscat ordered the MTA to award a contract of €80,000 to Konrad after he had to resign from cabinet
  51. An elected Labour MP resigns minutes after he took the oath, so the PM can co-opt whoever he wants, i.e. without a single vote.
  52. Taxpayers need to pay €417 million in order to take back our power station
  53. €40 million in tax refunds to Electrogas
  54. Political frame up on Giovanna Debono’s husband
  55. A minister gave a contract to her unqualified lover
  56. Mother-in-law of  iċ-ċiniż associated with powerstation contract and is the owner of MacBridge
  57. Michelle Muscat’s Marigold received more than half a million Euro from the government, and receives donations from those who buy passports
  58. Daughter of Ian Borg’s main consultant is given a direct order for lawyer’s work without having a lawyer’s warrant.
  59. Labour government condemned by Venice commission for trying to bypass the constitution
  60. Ombudsman declared the promotions at AFM in 2013 were illegal
  61. Head of One insults environmentalists and calls them traitors
  62. Edward Zammit Lewis is a close friend of Yorgen Fenech, and tells him he misses him
  63. Constant power cuts in summer months
  64. Robert Abela keeps Joseph Muscat in the PL, even though he allowed corruption to happen during his time as prime minister.
  65. A Marina in Marsascala was proposed without any consultation, even after a fierce resistance by the Local Council, residents & organisations
  66. Attacks on local news sites
  67. Appalling conditions for teachers
  68. Government waiting until the last minute to give any form of direction to students, teachers and third parties on what will be happening in the next scholastic year.
  69. Unbalanced Public Broadcasting 
  70. And let’s not forget the infamous Grey-Listing saga

 

If you’re fed up with this very real and serious threat to our democracy, and also want to live in a country which once again enforces accountability for such actions, then we are in agreement. The time for change is now, and you can be an effective catalyst right here and now.

Donate now, and help us achieve this mutual goal.

We want to change the way politics is done, and we want you to be in the center of this change.

 

Partit Nazzjonalista

About

Jekk se tagħmilha fuq qalbek, tagħmilhiex. Imma jekk se tagħmilha ghax tħobb... Kun il-Bidla