Il-vot tiegħek hu l-vuċi tiegħek u hu ż-żmien opportun biex issemmgħa leħnek.
Hemm erbgħa raġunijiet għaliex għandek tivvota:
1. Il-Korruzzjoni fiha prezz li tħallas għaliha int
Il-verita’ hi: Meta l-korruzzjoni tasal sal-quċċata fit-tmexxijja tal-pajjiż, int ikollok tħallas ghal-kappriċċi u llegalitajiet ta’ ħaddieħor. Irridu nwaqqfu dan l-abbuż biex il-ġid iġġenerat mill-ekonomija jasal għandek.
2. Għaliex int jixraqlek aħjar
Tista’ timmaġina l-opportunatijiet li jinħolqu jekk minflok Gvern iffukat biex jistgħana, minflok ikun kommess li jservik?
3. Ghaliex int għandek bżonn bidla
Ahna ġejna traduti – dik hi il-verita’. Hafna nies jiddispjacihom tad-deċiżjonijiet ħżiena li jkunu ħadu w int taf lil xi ħadt żgur li fl-2013 ivvota lill-Muscat u illum jinsab imwegga'. Ejja nibdlu d-direzzjoni flimkien. Issa.
4. Għaliex jekk int ma tiddeċidix, ħaddiehor jiddeċiedi għalik
Mintix interressat fil-politika? Erġa’ aħsiba. Taffetwalek ħajtek kuljum. Jekk ma’ ssemmgħax leħnek int, ħaddieħor jitkellem f’ismek u mhux bilfors kif tixtieq int.
|
|