ŻOMM AĠĠORNAT:
Infasslu l-futur tal-pajjiż li rridu ngħixu fih flimkien man-nies u ż-żgħażagħ
‘Il-Partit Nazzjonalista huwa partit tal-bidla, li jħares lejn il-futur. Partit żagħżugħ.’, hekk qal is-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Clyde Puli, fil-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista meta ppreżenta r-rapport amministrattiv.
Ir-rapport amministrattiv jagħti ħarsa lejn dak li sar fil-Partit Nazzjonalista matul l-aħħar sena,u jagħti wkoll ħarsa ‘l quddiem għall-ħidma li qed issir. Clyde Puli qal li din il-ħidma tal-partit bit-tmexxija ta’ Adrian Delia qed turi r-riżultat. Dan kif jidher mill-istħarriġ tal- Malta Today li juri żieda ta’ 7% fil-fiduċja lejn il-Kap tal-Partit Adrian Delia u żieda wkoll ta’ 6% fil-fiduċja fil-Partit Nazzjonalista.
Clyde Puli qal li l-Partit Nazzjonalista jinsab determinat li jibqa’ Partit Pożittiv u Oppożizzjoni b’saħħitha. Huwa qal li l-Partit Nazzjonalista jrid ifassal il-futur ta’ Malta man- nies, maż-żgħażagħ u għaż-żgħażagħ.
Għalhekk tressqet mozzjoni li kienet approvata mill-Eżekuttiv tal-partit, li se tiftaħ il-bibien tal-partit għas-sehem taż-żgħażagħ adolexxenti. Il-mozzjoni se tassigura li 15% tal-Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista jkunu żgħażagħ. Għal dan il-għan se titwaqqaf fergħa fil-partit għall- adoloxxenti bejn l-14 u s-17-il sena.
Is-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista qal li fid-dawl tal-Vot 16, qed jitfassal il- programm ta’ taħriġ Future Leaders, biex iż-żgħażagħ ikunu ppreparati biex jagħmlu l-ewwel passi fil-politika.
Clyde Puli qal li l-Partit Nazzjonalista huwa partit żagħżugħ, li kapaċi jfassal u jibni Malta żagħżugħa b’viżjoni. Bl-istess viżjoni li wasslet għall-kisba tal-Indipendenza u s-sħubija fl- Unjoni Ewropea. Partit qrib in-nies, li jifhem il-passat imma wkoll il-futur. Huwa qal li kulħadd fil-Partit Nazzjonalista għandu jħossu ‘better together’, kollha flimkien taħt id- direzzjoni tal-Kap tal-Partit Adrian Delia.
06.05.2018