Pajjiżna għaddej minn mewġa qawwija ta' Covid-19. Il-varjant Omicron huwa ħafna aktar infettiv minn ta' qablu bin-numru ta' każijiet attivi qed jogħlew ta' kuljum, b’numru rekord ta’ każijiet.

Riżultat ta’ hekk aktar pazjenti huma rikoverati f’Mater Dei b’żieda ta' pazjenti bi bżonn ta' kura intensiva u pressjoni akbar fuq il-Frontline u s-Servizzi u l-Kura tas-saħħa. Iż-żieda qed twassal għall-kanċelazzjonijiet ta' operazzjonijiet, appuntamenti u trattamenti. Sitwazzjoni li qed tolqot ħażin lill-marid u lil min huwa fil-bżonn.

Għalhekk hemm bżonn ta’ azzjonijiet serji b'saħħithom u deċiżjonijiet trasparenti kif ukoll infurzar ta' miżuri li jnaqqsu l-firxa fil-komunitá, anke fid-dawl tal-ftuħ mill-ġdid tal-iskejjel f’inqas minn ħmistax-il ġurnata.

Booster roll-out b'aktar ħeffa joffri aktar reżistenza u Herd Immunity stabbli. Dan irid ikun akkumpanjat minn ittestjar mingħajr dewmien u Contact Tracing effiċjenti.Għalhekk hemm bżonn ta' aktar testing sites f'dan iż-żmien ta' firxa qawwija. Hemm bżonn ukoll ta’ aktar riżors uman li jikumplimenta t-team ta' Contact Tracing.

Hemm bżonn sistema serja ta' self testing responsabbli li jista’ jkun reġistrat lill-Awtorita tas-saħħa Pubblika. B'hekk titnaqqas load esaġerata ta' ttestjar kemm PCR u Rapid testing fil-komunitá. B’hekk b'mod responsabbli sabiex jitnaqqsu każijiet pożittivi li jkomplu jferxu l-virus. Bżonn ieħor huwa li jkun hemm Rapid Test b’riżultat negattiv fi tmiem il-kwarantina.

Għal dan il-għan hemm bżonn ta' interventi f'ħinhom u f'waqthom.

Partit Nazzjonalista

About

Aħna lesti biex inkunu MIEGĦEK 💪 Miegħek. Għal Malta 🇲🇹 pn.org.mt