Il-Wirt Nazzjonali huwa tagħna lkoll. Investigazzjoni immedjata fuq il-‘milestone’ fil-bitħa tal-Ministru Refalo.
L-aħbar ta’ dalgħodu żvelata min The Shift News, u li mhux miċħuda mill-Gvern, li l-Ministru Anton Refalo għamel tiegħu ‘milestone’ li tagħmel parti mill-wirt storiku tal-Gżejjer Maltin huwa kaz ċar ta’ abbuz ta’ poter mill-Ministri tal-Gvern Laburista
Il-wirt Nazzjonali huwa tagħna lkoll u għandu jitgawda min kulhadd u mhux min xi persuna wahda li tista taħseb li għanda dritt li tagħmel li trid.
Din l-aħbar hija iktar inkwetanti meta kulhadd jaf li dan l-istess ministru kien ghal xi zmien chairman ta’ heritage Malta, meta r-responsabilta tieghu kienet propju li jiehu hsieb il-wirt kulturali ta pajjizna u mhux jiehu bicciet għalih innisfu.
Il-Partit Nazzjonalista jezigi wkoll li l-kummissarju tal pulizija li jinvestiga dan il-kas immedjatament. Il-Partit Nazzjonalista jeżigi wkoll li s-sovrintendent tal-patrimonju kulturali jieħu l-passi kollha mehtiega sabiex jieħu lura din il-bicca xogħol ta’ arti.
Robert Abela għandu jieħu azzjoni minnufih. Ma jistax ikun li għal darb’oħra jħalli każ ieħor għaddej. Robert Abela tilef kull kredibiltá, il-fixkla li għandu biex jgħatti xturu mhux tħallih jaħdem.
 
Karl Gouder
Kelliem għall-Gvern Lokali, Wirt Nazzjonali u ż-Żgħażagħ
 
17.02.2022
Partit Nazzjonalista

About

Aħna lesti biex inkunu MIEGĦEK 💪 Miegħek. Għal Malta 🇲🇹 pn.org.mt